Reference: 413/1999/2

Judgement Details


Date
02/12/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO, MICALLEF JOSEPH R., MALLIA TONIO
Parties
GAUCI BORDA DR CARMEL SIVE LINO ET vs AZZOPARDI CARMELINA SIVE CARMELA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RITRATTAZZJONI
Summary
L-istatut ta' ritrattazzjoni huwa rimedju eccezzjonali nkwantu jikkostitwixxi deroga mir-regola generali li “res judicata pro veritate habetur”. Konformement il-Qrati taghna dejjem sostnew li dan ir-remedju tant straordinarju ghandu dejjem jigi ristrett ghall-kazi kontemplati fil-ligi u li tinghatainterpretazzjoni ristretta tal-ligi.

Il-fatti huma li gie iffirmat konvenju li in forza tieghu l-familja Azzopardi obbligat ruhha li tbiegh u titrasferixxi fond bid-drittijiet u l-pertinenzikollha tieghu, liema dar kienet, f'dak iz-zmien, mikrija lis-Sinjura Carmelina Gauci Borda. Jirrizulta wkoll li, fil-mori tal-konvenju, mietet l-inkwilina. Fuq dawn il-fatti ma jirrizulta ebda “zball”. Dak li xehdu l-partijiet kien ukoll quddiem din il-Qorti, u ma jirrizultax li din il-Qorti qieset xi fatt bhala li jezisti meta ma kienx, jew ma qisetx fatt li fil-fatt kien jezisti.

Din il-Qorti qieset li ma saret ebda riserva dwar x'jigri f'kaz ta' bdil fic-cirkustanzi. Din il-Qorti qieset li l-obbligazzjoni kienet ta' fond, li, f'dak il-mument tal-konvenju, kien mikri, izda li l-istess obbligazzjoni ma kinetx marbuta mal-kondizzjoni li l-fond jinbiegh biss jekk jibqa' mikri fil-mument tal-publikazzjoni tal-kuntratt. Il-bidla fic-cirkustanza ta' fatt giet kkunsidrata minn din il-Qorti, pero', peress li ma kienx hemm riserva biex tkopri ghal-tali biddliet, gie meqjus li l-konvenju baqa' jorbot skond it-termini originali tieghu. Dan hu apprezzament li ghamlet din il-Qortiu ma jwassalx ghal “zball” kontemplat fil-ligi.

F'dan il-kaz, ma hemm xejn fis-sentenza li hu kontra dak li jirrizulta mill-atti. Il-fatt li l-Qorti dehrilha li, fic-cirkustanzi, kellha taghti aktar piz lill-kitba milli x'qalu il-partijiet dwar il-hsieb taghhom, ma jistax jitqies “zball ta'fatt”. Dak li ghamlet din il-Qorti kien li qieset ic-cirkustanzi kollha, u fid-dawl tal-kontestazzjoni li rrizultat, tat is-sentenza taghha fuq ir-rizultanzi u a bazi ta' principji minnha abbraccjati.

Kwindi t-talbiet tar-rikorrenti ma jistghux jigu milqugha. Ghaldaqstant, din il-Qorti tiddisponi mill-kawza billi tichad it-talbiet tar-rikorrenti, bl-ispejjes kontra l-istess rikorrenti ritrattandi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info