Reference: 33/2002/1

Judgement Details


Date
23/11/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
DARMANIN JOSEPH ET vs CUTAJAR GILJAN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, GUSTIFIKAZZJONI GHAL MOROZITA` FIL-HLAS TAL-KERA - LOKAZZJONI, MOROZITA` FIL-HLAS TAL-KERA - LOKAZZJONI, NUQQAS TA` INDIKAZZJONI TAL-MODALITA` TA` KIF TITHALLAS IL-KERA FIR-RIKORS GHAR-RIPREZA
Summary
L-Artikolu 25 (2) tal-Kapitolu 69 jiddisponi dwar il-procedura quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera ghat-tehid lura tal-pussess tal-fond mis-sid. Il-Formula 'B', imbaghad, ta' l-Iskeda, ghal liema jirreferi proprju l-precitat dispost, tistabbilixxi l-informazzjonijiet rikjesti mil-ligi li ghandu jikkontjeni r-rikors. Issa huwa veru li skond din il-Formula r-rikors ghandu jkun fih id-data ta' l-ewwel skadenza tal-kera wara l-prezentata tar-rikors imma daqstant iehor dik l-istess formula ma tirrikjedix ad validitatem illi ghandu jigi specifikat il-modalita` ta' kif jithallas il-kera, jigifierijekk huwiex bi tliet xhur jew bis-sena jew xi terminu iehor. In-nuqqas ta' din l-informazzjoni jewl-inkorrettezza taghha ma jgibx ghal daqshekk illi r-rikors promotur huwa null. Dak li hu vitali ghall-validita` tar-rikors huma biss dawk l-informazzjonijiet preskritti mil-ligi.

Hi disposizzjoni cara tal-ligi illi kerrej jiddekadi mid-dritt tieghu tal-godiment tal-fond lokat jekk "fil-korstal-kiri ta' qabel ma jkunx hallas puntwalment il-kera li kellu jaghti". Dan fir-rigward ta' "kullwahda minn zewg skadenzi jew izjed" u dan zmien hmistax-il jum minn dakinhar tat-talba tas-sid domandanti l-hlas. [Artikolu 9 (a) (i), Kapitolu 69]. Teknikament ghalhekk biex tissussisti l-morozita` jehtieg li jkunu saru zewg interpellazzjonijiet ghal hlas ghal zewg skadenzi diversi u jkun hemm ukoll nuqqas ta' hlas fit-termini preskritti dekorribbli mill-interpellazzjoni;

Opportunement,pero`, tajjeb li jigi registrat illi l-ligi, u izjed u izjed, il-gurisprudenza ma jidherx li jikkontentaw ruhhom bis-semplici konstatazzjoni teknika f' materja ta' morozita`. Effettivament, fil-prattika, huwa konkordament ricevut illi l-morozita` ma kellhiex titkejjel semplicement fuq il-metru tal-kelma tal-ligi in kwantu dan jitqies ferm il-boghod mill-ispirtu tal-ligi appozitament promulgata biex tipprotegi lill-kerrej. Biex tabilhaqq ikun jidher li qed issir verament gustizzja kien jokkorri li l-materja tigi ezaminata fir-realta tac-cirkustanzi kollha attendibbli. Dan bl-iskop li jigi accertat "jekk kienx hemm xi gustifikazzjoni oggettivament ragonevoli u legalment sostenuta biex jiggustifika l-morozita`."




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info