Reference: 1118/1996/1

Judgement Details


Date
27/10/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
PSAILA FRANCESCO ET vs DIRETTUR GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, RESPONSABILITA` TAL-GVERN GHAL XOGHOLIJIET PUBBLICI
Summary
Illum il-gurnata huwa accettat li wkoll fil-qasam tad-dannu minhabba xoghlijiet pubblici, il-Gvern jew id-dipartimenti tieghu ma jistghux jinsatru wara l-iskuza tal-ghamil amministrattiv. Ir-regoli tal-ligi li torbot ir-responsabbilta' tal-hsara ma' min iwettaqha tghodd ghall-Gvern jew entitajiet pubblici wkoll, ghaliex hija regola ta' applikazzjoni generika. Ghalhekk, jghoddu ghalihom l-istessregoli tal-ligi li japplikaw ghall-ghamil privat li jwassal fi hsara lil haddiehor, fosthom ukoll l-istess regoli li jehilsu lil haddiehor mir-responsabbilta' ghal ghemilu jew nuqqasijietu;

Illi, b'mod partikolari, meta enti pubbliku jigi afdat bi u fil-fatt iwettaq progett pubbliku ta' certu kobor huwa mistenni li, bhal fil-kaz ta' persuna privata, hija tuza l-prudenza, ghaqal u hsieb ta'missier tajjeb tal-familja kif stabiliti mill-artikolu 1032 tal-Kodici Civili. Din ir-regola tghodd f'kull parti mit-twettiq tal-attivita' pubblika, jigifieri kemm waqt it-twettiq innifsu tal-progett li jkun, kemm waqt il-process ta' manutenzjoni, u kif ukoll fl-istadju tal-vigilanza u tal-kontroll;

Il-ligi tehles mir-responsabbilta' ta' xi ghamil li jgib il-hsara dak kollu li jsehh minhabba accident jew minhabba forza magguri. Madankollu, ma jitqiesx li jkun sehh b'accident dak li jigri mill-fatt, pozittiv jew negattiv, tal-bniedem u li, fuq kollox, ikun imbassar minn qabel minn persuna ta' dehen ordinarju jew, ghall-anqas, jista' jigi evitat. Min-naha l-ohra, il-fatt li jitnissel minn forza magguri huwa dak li l-grajja tieghu ma jista' jiqfilha hadd;

Meta l-parti mixlija bi hsara tghid li ma kinitx tahti minhabba l-accident jew minhabba l-forza magguri, jaqa' fuqha l-piz li tipprova dawk ic-cirkostanzi. Dan il-piz ma jitwettaqx jekk dak li jkun joqghod biss fuq l-iskuza li ma riedx jaghmel hsara jew li ma kellux mala fidi;

Illi f'dan ir-rigward, gie stabilit mill-Qrati li l-amministrazzjoni pubblika, bhala s-sid tat-toroq pubblici u tas-servizzi pubblici li jaghmlu minnhom, ghandha tipprevedi sitwazzjonijiet determinanti, jekk mhux ukoll perikoluzi, li jsehhu f'kazijiet ta' fenomeni atmosferici, bhalma hija x-xita. L-iskuza wahedha li, per ezempju,t-triq minn dejjem kienet baxxa jew li kien mistenni li l-ilmijiet tax-xita jingabru quddiem il-postijiet tal-atturi, ma tiswiex u lanqas iggib fis-sehh l-iskuzanti tal-forza magguri;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info