Reference: 106/2003

Judgement Details


Date
20/10/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
CACHIA FEARNE DR JOSEPH vs SEGRETARJU PERMANENTI - MINISTERU GHAR-RIZORSI U L-INFRASTRU
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, SMIEGH XIERAQ - KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU - KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU, LEGITTIMU KONTRADITTUR FI KWISTJONIJIET DWAR INGAGG FIS-SERVIZZ PUBBLIKU - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU
Summary
L-artikolu 110(1) tal-Kostituzzjoni jiddisponi b'mod car li s-setgha li jaghmel hatriet ghall-karigiufficcjali u li jnehhi persuni li jkollhom jew ikunu jagixxu f'xi kariga bhal dawk, tkun fil-Prim Ministru, li jagixxi fuq ir-rakkomandazzjoni tal-PSC. Il-Prim Ministru hu marbut li jimxi skond dikir-rakkomandazzjoni, u allura f'kaz ta' kwistjoni li tolqot l-impieg ta' bniedem fis-servizz pubbliku, id-decisjoni, fil-verita', tehodha l-PSC, u f'kaz ta' ilment hija d-decisjoni ta' din il-Kummissjoni li hija sindakabbli, u mhux tal-Prim Ministru.

Kwindi, f'materja ta' din ix-xorta, l-ilment ma jistax jitressaq kontra l-Prim Ministru, jew kontra xi ufficcjali fl-OPM, izda, fil-limiti litrid il-ligi, kontra l-PSC.

Il-Qrati taghna osservaw li l-PSC mhix insindikabbli b'mod assolut, u jekk jigi allegat li l-PSC ma segwietx ir-regoli ta' procedura li hi stess tkun ghamlet ghas-smiegh tal-kazi quddiema, jew jigi allegat li l-PSC agixxiet b'mod diskriminatorju, jew li l-istess PSC agixxiet bi ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, allura l-Qorti ordinarja tista' tintervjeni u taghti r-rimedju opportun.

Hawnhekk gie ritenut illi anke jekk jigi allegat, fuq livell amministrattiv, li l-PSC agixxiet bi ksur tal-principji tal-gustizzja naturali jew agixxiet ultravires il-poteri taghha, il-Qrati ordinarji jistghu u ghandhom jintervjenu. Il-principji tal-gustizzja naturali jridu dejjem u skrupolozament jigu osservati minn kull Qorti, Tribunal, Bord jew Kummissjoni mahtura biex tiehu decisjoni fir-rigward ta' individwu, u ebda awtorita' moghnija b'dan il-poter ma tista twarrab dawn il-principji b'immunita'. Ovvjament, il-principju audi alteram partem, majfissirx li l-parti milquta trid bil-fors tinstemgha, izda li tinghata l-opportunita' tressaq il-kaztaghha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info