Referenza: 8/2004

Dettalji tas-Sentenza


Data
10/10/2005
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
SPITERI PETER vs XUEREB GLASS CO. LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
TRIBUNAL INDUSTRIJALI, APPELL MINN SENTENZI PARZJALI TA` - TRIBUNAL INDUSTRIJALI, FISSAZZJONI TA` KUMPENS
Fil-Qosor
Skond is-subinciz (3) ta' l-Artikolu 82 ta' l-Att XXII ta' l-2002 (Kapitolu 452) ikun hemm dritt ta'appell fil-kazijiet kontemplati f' dik id-disposizzjoni "fuq punt ta' ligi". Ghandu jigi rilevat illi in linea generali ma hemmx bzonn li dan il-punt ta' ligi jkun gie espressament definit bis-sentenza appellata billi, a differenza ta' dak li nsibu per ezempju fl-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Izvilupp(Kapitolu 356), il-ligi dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali dan ma tghidux. Huwa sufficcjenti ghalhekk li l-punt ta' ligi li fuqu jsir l-appell jirrizulta involut jew impliciter fid-decizjoni, in kwantu din tkun ittiehdet bis-sahha tal-principju interpretattiv tal-ligi li l-appellantijikkontesta.

L-iffissar ta' l-ammont tal-kumpens hu rimess ghall-arbitriju tat-Tribunal. Arbitriju dan, li hu mistenni wkoll, u dejjem, li jkun wiehed boni viri, bazat fuq apprezzament ekwu skond il-mudell solitu tal-bonus paterfamilias. Tali apprezzament ekwu jimplika gudizzju li jzomm qies tac-cirkostanzi fattwali kollha u rikonciljat ma' l-ezercizzju korrett tal-poteri tat-Tribunal.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni