Referenza: 1863/2003/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
10/10/2005
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
MIDDLESEA INSURANCE P.L.C. NOE ET vs VELLA KARL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ASSIKURAZZJONI, SURROGA - ECCEZZJONIJIET OPPONIBBLI GHAL - SENTENZA, L-ECCEZZJONIJIET KOLLHA SOLLEVATI JRIDU JIGU KUNSIDRATI - SENTENZA, META L-QORTI TONQOS MILLI TINDIRIZZA ECCEZZJONI LI TKUN GIET SOLLEVATA
Fil-Qosor
Huwa veru li t-Tribunal ghal Talbiet Zghar ghandu jmexxi l-kawzi sommarjament u bl-akbar heffa imma,imbaghad, hu mistenni wkoll li dan jaghmlu kompatibilment ma' l-amministrazzjoni tajba tal-gustizzja, b'mod li jokkupa ruhu mid-difiza shiha tal-parti azzjonata. Jekk jonqos li jaghmel dan, sostanzjalment, is-sentenza ma tistax hlief titqies ingusta u dan jaghti lok ghall-annullament taghha.

Meta assikurazzjoni tagixxi fil-konfront tat-terz responsabbli ghal incident, dan filwaqt li ma jistax iqajjem eccezzjonijiet dwar l-annulabilita`, rexissjoni jew risoluzzjoni tal-kuntratt ta' assikurazzjoni deducibbli biss mill-assigurat, huwa legittimat sabiex jikkontrasta, in via ta' eccezzjoni, il-presupposti tas-surroga li biha tkun qed tagixxi t-assikurazzjoni, u ghalhekk jista' jqajjem in-nullita` ta' l-istess minhabba inezistenza tar-riskju jew nuqqas ta' interess jew il-hlas lil persuna zbaljata. F'tali kaz l-assikuratur ghandu jezibixxi l-polza jew inkella jrid jipprova mod iehor il-kontenut tal-kuntratt ta' assikurazzjoni billi s-semplici referenza ghan-numru tal-polza fid-"discharge receipt" rilaxxata mill-prezunt terz danneggjat mhix sufficjenti.

Jekk tinhareg polza ta' assigurazzjoni fuq persuna li ma tkunx sid-il vettura kwalunkwe hlas li jsir mill-assigurazzjonitaht dik il-polza jkun sar hazin billi l-assigurat m'ghandux "insurable interest".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni