Referenza: 1642/2003/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
10/10/2005
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
CACHIA JOSEPH vs YELLOW FUN LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ACTIO DE IN REM VERSO, ELEMENTI TA`
Fil-Qosor
Hu fil-fatt rikonoxxut illi l-arrikkament ingustifikat jirrientra fil-fonti legali ta' l-obbligazzjoni purke`, s' intendi, jigi stabbilit u konfermat in-ness kawzali bejn il-vantagg rikavat mit-terz ut-telf jew dannu (f' sens ampju) subit minn min wettaq ix-xoghol jew ivversa hlas jew ippermetta l-uzu ta' l-apparat u materjal proprju tieghu. Skond gurisprudenza pacifika accettata mill-Qrati taghna lil dan ta' l-ahhar hi provvduta l-azzjoni "de in rem verso", li kif jinghad, "hija rimedju sussidjarju li huwa estiz ghall-kazijiet kollha fejn javvera ruhu arrikkament indebitu effettiv ghad-dannu ta' haddiehor. U hija esperibbli fejn ma hix esperibbli l-azzjoni ex contractu".

L-elementi ta' l-actio de in rem verso huma (i) l-arrikkiment, jigifieri li l-haga versata tirrizulta ta' vantagg u utilita` ghall-arrikkit, (ii) il-vinkolu ta' kawzalita fis-sens li bejn il-fatt ta' min jagixxi b' din l-azzjoni u bejn l-arrikkiment ikun hemm l-istess rapport ta' bejn kawzali u l-effett taghha, u (iii) il-karattru ngust ta' l-arrikkiment. Dan fis-sens illi l-arrikkit ma jistax jipprevalixxi ruhu minn fatt guridiku li jawtorizzah legalment li jikkunserva l-arrikkiment.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni