Reference: 8/2002

Judgement Details


Date
13/10/2005
Court
OF CRIMINAL APPEAL (SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, FILLETTI JOSEPH A., SCICLUNA DAVID
Parties
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs LOUIS FENECH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
DISTINZZJONI BEJN OFFIZA FUQ IL PERSUNA TAHT L ARTIKOLU 216 U 218 TAL KODICI KRIMINALI
Summary
Dan l-appell huwa principalment limitat ghall-kwistjoni jekk f'dan il-kaz l-offiza fuq il-persuna hijiex wahda kontemplata fl-artikolu 216 tal-Kodici Kriminali jew dik taht l-artikolu 218 ta' l-istessKodici.

Din il-Qorti tixtieq hawn tosserva li sabiex issir prova skond il-ligi u sal-grad litrid il-ligi ta' offiza fuq il-persuna, mhuwiex essenzjali li jkun hemm dejjem u f'kull kaz certifikat mediku jew deposizzjoni ta' tabib. Naturalment tali certifikat jew deposizzjoni jistghu jkunu mehtiega biex jigi determinat jekk verament kienx hemm offiza fuq il-persuna u/jew it-tip jew natura ta' dik l-offiza. Fi kliem iehor, tali prova tista' tirrizulta aliunde minghajr il-htiega li bil-forsjigi prodott espert mediku jew certifikat mediku f'kull kaz bhal dak in ezami. Fil-kaz in ezami Claire Fenech xehdet pjuttost fid-dettall dwar l-offizi li garrbet (b'dan li ma semmietx in-nuqqas ta'sensazzjoni fil-parti privata taghha), l-interventi li sarulha u l-kura li kellha tiehu. Dik ix-xiehda ukoll twassal lil din il-Qorti ghall-konkluzjoni li l-appellant instab hati tajjeb, cioe` taht l-artikolu 218 tal-Kodici Kriminali. Wara kollox is-subartikolu (2) ta' l-imsemmi artikolu jiddisponi:"Id-debbulizza fis-sahha jew fil-funzjoni ta' parti tal-gisem, u l-marda tal-mohh, l-isfregju gravijew id-difett jitqiesu permanenti wkoll jekk x'aktarx ikunu hekk" (sottolinear ta' din il-Qorti). Ix-xiehda tal-Professur Lino Cutajar tikkonferma dan.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info