Reference: 336/2005

Judgement Details


Date
29/07/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
STEWART DESMOND STANLEY vs MANGION GALEA THERESE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
MANDAT KAWTELATORJU, GARANZIJA - MANDAT KAWTELATORJU, PENSJONIJIET TA` CITTADINI TA` L-UNJONI EWROPEA - MANDAT KAWTELATORJU, REVOKA TA`
Summary
Wahda mill-htigiet tal-ligi ghall-hrug tal-Mandat m'ghadhiex fil-fatt tezisti Art. 836(1)(b). Il-htigiet li l-ligi procedurali titlob sabiex persuna tista' tohrog Mandat kawtelatorju huma li (a) jkollha pretensjoni ta' dritt kontra l-persuna li dwarha jinhareg il-mandat; (b) li ssir kawza li fiha tigi mistharrga sewwasew dik il-pretensjoni ta' dritt, (c) li l-Mandat irid ikun ihares ir-rekwizitimitluba mil-ligi dwar il-hrug tieghu u (d) li tali Mandat jinhareg u jigi esegwit taht ir-responsabbilta' tal-persuna li tkun talbitu;

Il-kawzali mahsuba fil-paragrafu (b) tal-artikolu 836(1) trid li mandat ikun inhareg sewwa u, f'xi waqt, tkun intemmet xi wahda mill-kundizzjonijiet li l-ligi trid biex dak il-Mandat jibqa' fis-sehh.

L-Artikolu 836(1)(d) jiddisponi li mandat kawtelatorju jista' jigi revokat jekk l-ammont mitlub m'huwiex prima facie gustifikat jew hu eccessiv Art.836(1)(d). Il-kejl li ghandu jittiehed biex jitqies it-thassir ta' Mandat kawtelatorju taht din ir-ras huwa wiehed li jorbot il-kawzali tal-istess Mandat mal-kreditu msemmi fih. Dan ifisser li l-Qorti ghandha tistharreg fl-ewwel lok jekk jirrizultax mad-daqqa t'ghajn li r-rikorrent ezekutant ghandu bazi ta' pretensjoni (dak li f'oqsma ohra ta' dritt jissejjah il-"fumus juris" tal-pretensjoni dedotta), u fit-tieni lok jekk wasalx biex "jillikwida" tali pretensjoni f'somma li taqbel mal-ammont minnu mahluf fil-Mandat. Wiehed m'ghandu qatt jinsa li f'dan il-kuntest, il-Qorti trid tkun gwidatamill-principju li d-dritt ghall-azzjoni gudizzjarja m'ghandux jigi mfixkel jew imgarrab b'leggerezza, u l-iehor daqstant siewi li huwa dritt li persuna thares l-interessi taghha fil-milja taghhom sakemm il-jedd sostantiv lilha kontestat jigi definit minn Qorti.

Niex ammont imsemmi f'att kawtelatorju jitqies li huwa eccessiv, jehtieg li jintwera li dan ikun ezagerat fid-dawl tat-talba li ssir jew ikun tant grossolan li ma jistax ma jidhirx mad-daqqa t'ghajn bhala wiehed maghmul b'mod azzardat.

L-Artikolu 836(1)(f) jiddisponi li mandat jista' jigi revokat jekk jintwera li fic-cirkostanzi m'huwiex ragonevoli li l-mandat jinzamm fis-sehh jew li huwa gustifikabbli Art. 836(1)(f).L-istharrig fil-mertu ma jaghmilx bicca mill-kriterji li fuqhom hija ssejjes il-konsiderazzjonijiet taghha fi procedura bhal din: biex il-Qorti tista' tqis jekk hijiex misthoqqa jew le, il-pretensjoni tar-ragonevolezza li l-Mandat kawtelatorju jinzamm fis-sehh trid tirrizulta minghajr ma ssir indagni fil-mertu;

Illi bizzejjed jinghad li jekk, 'il quddiem, il-Qorti li ser tqis il-kwestjoni fil-mertu tasal ghall-fehma li l-intimata ezekutanti m'ghandha tithallas xejn, xorta wahda ma jistax jinghad li l-Mandat ma kienx ingustifikat. Is-success jew telfien ta' kwestjoni fil-mertu ma tista' qatt tfisser li Mandat kawtelatorju nhareg b'mod vessatorju jew fieragh. Allura, fil-fehma ta'din il-Qorti, il-kwestjoni ta' jekk huwiex ragonevoli li Mandat kawtelatorju jinzamm fis-sehh jew jekk huwiex mehtieg jew gustifikabbli li tali Mandat jinzamm fis-sehh ma tiddependi xejn minn cahda tal-kawzali fil-mertu tal-intimat ezekutat;

Huwa principju tal-ligi, li ma jistghux jinhargu Mandati ta' Sekwestru fuq beneficcji socjali tal-persuna ezekutata, jekk mhux fic-cirkostanzi strettimsemmija fl-istess ligi. L-artikolu relattiv jitkellem dwar pensjoni jew assistenza socjali mahruga mill-Gvern ta' Malta, filwaqt li l-pensjoni li jircievi r-rikorrent f'dan il-kaz kienet mahruga mill-Gvern Britanniku.

Bi thaddim tal-artikolu 12 tat-Trattat li Jistabilixxi l-Komunita' Ewropeja, m'ghandha ssir l-ebda diskriminazzjoni fuq bazi ta' nazzjonalita'. Dan il-principju huwa mbaghad imsahhah bl-artikolu 43 tal-istess Trattat. Fil-qasam ta' tgawdija ta' beneficcji socjali u l-harsien taghhom dwar persuni li huma nazzjonali ta' Stat Membru li jghixu u huma stabiliti fi StatMembru iehor, il-Qorti Ewropeja qieset dan l-ahhar imsemmi artikolu bhala wiehed li jipprojbixxi t-tehid ta' mizuri nazzjonali li jaghtu jeddijiet lic-cittadini ta' Stat Membru li ma jkunux daqstantiehor disponibbli lil cittadini ta' Stat Membru iehor li jghixu hemmhekk. Bis-sahha ta' dawn il-principji ewlenin tad-Dritt Komunitarju li ghandhom effett dirett f'Malta, il-Qorti tasal ghall-fehma lighandha tfisser il-ligi bhala li taghti lir-rikorrent l-istess jeddijiet li huwa kien ikun intitolat ghalihom kieku l-pensjoni tieghu kienet mahruga mill-Gvern Malti.

Ir-rimedju tal-ghoti tal-garanzija huwa alternattiv ghat-talba tat-thassir tal-Mandat, u anzi jista' jinghata biss jekk kemm-il darba t-talba ghat-thassir tal-Mandat ma tintlaqax kollha jew imqar in parti, jigifieri sakemm il-Mandat ikun b'xi mod ghadu fis-sehh. Li kieku ma kienx hekk, l-ahhar erba' kelmiet tal-artikolupartikolari kienu jkunu ddahhlu fil-ligi ghalxejn;

Minbarra dan il-ligi trid ukoll li lill-Qorti tintwera "kawza gusta" biex twassalha tqieghed fuq il-parti ezekutanti ta' Mandat kawtelatorju l-piz li toffri garanzija tajba. Il-fatt wahdu li jkun inhareg il-Mandat ma jitqiesx bhala "kawza gusta" ghall-finijiet ta' dan l-artikolu. Irid ikun hemm ragunijiet ohrajn, izjed serji u impellenti,li jwasslu lill-Qorti taghti dik is-sanzjoni;

Inghad ukoll li d-danni li ghalihom jirreferil-artikolu taht ezami huma dawk li l-intimat ezekutant jista' jipprova li jkun garrab direttament minhabba l-hrug tal-att kawtelatorju u bhala konsegwenza ta' tali hrug, u dment li jikkonkorru l-elementi mitluba mil-ligi ghal tali likwidazzjoni;

L-ammont tal-garanzija li jrid jigi iffissat irid izomm bilanc xieraq bejn il-jedd li persuna tressaq att kawtelatorju biex ihares il-pretensjonijiet taghha f'kawza pendenti, u l-effett li tali att ihalli fuq il-persuna li kontra taghha jinharegdak il-Mandat. Ta' min jghid hawnhekk li l-ordni biex tinghata garanzija m'hijiex l-istess bhal kundanna ta' penali jew kundanna ghall-hlas ta' danni: l-ghan wahdieni taghha huwa li tqieghed lill-parti ezekutata f'qaghda li, meta u jekk tibda proceduri ghal dan il-ghan, issib assi li fuqhom tkun tista' tezegwixxi decizjoni favorevoli ghaliha;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info