Reference: 29/2005

Judgement Details


Date
30/06/2005
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
BRINCAT JOSEPH DR NOE vs AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 5 TAL KONVENZJONI GHALL PROTEZZJONI TAD DRITTIJIET TAL BNIEDEM U TAL LIBERTAJIET FUNDAMENTALI - DRITT GHAL LIBERTA U SIGURTA - MANDAT TA ARREST - PROCEDURI GHAL ESTRADIZZJONI
Summary
L-artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni, li fuqu jsejjes il-kaz kollu r-rikorrent nomine, jipprovdi li hu dritt ta' kull persuna ghal-liberta' u s-sigurta' taghha, u hadd m'ghandu jigi mcahhad mill-helsien tieghu. Dak l-artikolu wkoll isemmi sitt (6) cirkostanzi li huma meqjusa l-eccezzjoni ghal dan il-jedd, jekk kemm-il darba jkunu skond procedura preskritta mil-ligi. Fost dawn hemm l-arrest jew zammaskond il-ligi ta' persuna li kontra taghha tkun qed issir kawza ghad-deportazzjoni jew ghall-estradizzjoni. Persuna mizmuma b'arrest ghandu jkollha jedd li taghmel proceduri li bihom qorti tiddeciedibla dewmien jekk l-arrest jew iz-zamma taghha hijiex skond il-ligi, u jekk jidher li dak l-arrest jew zamma mhux legali, tordna li dik il-persuna tinheles minnufih. Persuna li jintwera li kienet arrestata jew mizmuma kontra l-ligi, ghandha jedd titlob kumpens.

Il-kazijiet mahsubafl-artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni, hlief ghall-ewwel cirkostanza, kollha japplikaw f'kuntest fejn majkunx ghad hemm kundanna definittiva u fejn ir-ragunijiet mahsuba ghac-cahda tal-liberta' tal-persuna huma kollha “kawtelatorji” ghal xi ghan jew iehor marbut mal-ordni pubbliku. Ghalhekk inghad li dawk ic-cirkostanzi ghandhom jinghataw tifsira ristretta ghall-ahhar u m'ghandhom bl-ebda mod jitwessghu b'tigbid jew b'analogija, ghaliex ilkoll jimmilitaw kontra l-principju li l-bniedem huwa meqjusinnocenti sakemm ma jkunx instab hati, u kif ukoll tal-principju konvenzjonali ewlieni li l-helsiental-bniedem huwa prijorita'.

Il-kliem tal-artikolu 5 tal-Konvenzjoni jishaq dwar il-legalita' tal-arrest jew zamma, ukoll f'dawk ic-cirkostanzi tassativi li jitqiesu bhala l-eccezzjoni ghar-regola. Din il-legalita' hija marbuta mal-ezistenza ta' dispozizzjoni fil-ligi li tippermetti arrestjew zamma bhal dik.

Fil-ligi taghna, s-setghat ta' arrest u detenzjoni huma mahsubin u regolati, fost l-ohrajn, fil-Kodici Kriminali stess. Bil-bidliet li dahlu fis-sehh bl-Att III tal-2002,il-principju llum hu li, ghajr fejn xi dispozizzjoni ta' ligi ma tghidx li arrest jista' jsir minghajr mandat, kull arrest irid isir b'mandat ta' arrest minghand Magistrat, fuq talba tal-Pulizija ghall-hrug tieghu. Dan jidher li jghodd ghal kull mandat ta' arrest. Jidher li, bis-sahha tal-artikolu 355V, kull arrest (safejn m'hemmx l-ezenzjoni ta' mandat b'dispozizzjoni ta' ligi) irid ikun “arrest gudizzjarju”.

Fil-qafas ta' proceduri ghal estradizzjoni, il-legalita' tal- arrest jew iz-zamma (detenzjoni) ta' persuna ghall-finijiet tal-artikolu 5 tal-Konvenzjoni titqies skond il-ligi tal-Istat koncernat u skond l-istess Konvenzjoni.

Il-ligi taghna li tirregola l-estradizzjoni tikkunsidra l-possibilita' fost l-ohrajn ta' mandat ta' arrest mahrug minn Magistrat fuq taghrif li persuna tkun jew hija mahsuba li tkun f'Malta jew fi triqtha lejn Malta. Dan ifisser li mandat bhal dak jghodd ukoll dwar persuna li mhux biss m'hux maghruf jekk tinsabx f'Malta, izda wkoll dwar persuna li huwa maghruf li m'hijiex f'Malta fil-waqt li dak il-mandat jinhareg. Din id-dispozizzjonital-ligi tghodd ghall-kaz fejn l-arrest isir biex persuna tintbaghat lura f'art ohra. Meta wiehed jara x'tghid il-ligi fil-kaz ta' talbiet ta' estradizzjoni minn art ohra lejn Malta, ma jsib l-ebda dispozizzjoni specifika dwar l-ghamla ta' mandat ta' arrest li jista' jinhareg. Il-Qorti ghalhekk tasal ghall-fehma li l-artikolu 355V tal-Kodici Kriminali, bhala dispozizzjoni generali, jirreferi ghal kull mandat ta' arrest mahrug minn Magistrat li jawtorizza lill-Pulizija li tipprocedi ghall-arrest tal-persuna msemmija u ghall-finijiet mahsuba fl-istess Kodici, ukoll jekk dik il-persuna tkun tinsab barra minn Malta fil-waqt tal-hrug ta' dak il-mandat.

Fil-fehma tal-Qorti dan ifisser lil-arrest tar-rikorrent bis-sahha tal-mandat mahrug fit-23 ta' Novembru, 2004, huwa wiehed li nharegtaht dispozizzjoni espressa tal-ligi, minn awtorita' gudizzjarja, u li jhares is-salvagwardji mitluba mill-artikolu 5 tal-Konvenzjoni dwar l-arrest u z-zamma f'dan l-istat tar-rikorrent proprio.

In-natura essenzjali ta' process ta' estradizzjoni huwa wiehed li jitmexxa fuq livell diplomatiku, bit-talba ghall-estradizzjoni maghmula mill-Ministru tkun il-qofol ta' dak il-process. Il-mandatta' arrest (jew, jekk ikun hemm diga' sentenza, l-kopja tas-sentenza) huwa meqjus biss bhala partimid-dokumentazzjoni li ssahhah dik it-talba. L-mandat ta' arrest ma jikkostitwix it-talba nfisha tal-estradizzjoni tar-rikorrent proprio, izda hija wiehed mill-elementi mahsuba biex jissostanzjaha, ukoll jekk element obbligatorju. Dan johrog mill-kliem tal-Konvenzjoni Ewropeja tal-1957 dwar l-Estradizzjoni. Dik il-Konvenzjoni sahansitra tippermetti l-arrest provvizorju ta' persuna f'kazijiet ta'urgenza, fuq il-fatt li hemm ordni ta' arrest jew sentenza u bil-weghda li sejra ssir talba ghall-estradizzjoni ta' dik il-persuna aktar 'il quddiem.





Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info