Reference: 43/1986/3

Judgement Details


Date
01/07/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
GALEA JOSEPH PRO ET NOE vs CAMILLERI MARIA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SUCCESSJONI, KAPACITA` LI TIDDISPONI B`TESTMENT - PERSUNI LI MA JKUNUX F`SENSIHOM FI ZMIEN IT-TESTMENT - SUCCESSJONI, TESTATUR IKUN SOGGETT TA` QERQ
Summary
L-inkapacita` mentali u l-ingann ma jistghux jissussistu flimkien ghax jew it-testatrici kienet kapaci taghmel testment, imma giet ingannata biex tiffavorixxi lil xi hadd a skapitu ta' haddiehor; inkella ma kienitx kapaci xejn ghax milquta minn infirmita` mentali.

Testment huwa prezunt validu u l-annullament tieghu huwa konsiderat haga ferm serja. It-testatur ghandu jitqies li ghamel it-testment bil-pjena volonta` tieghu u b'hekk kwalunkwe allegazzjoni a rigward tal-validita` o meno tat-testment trid tigi ippruvata.

Biex l-ghemil qarrieq ikun mottiv ta' nullita` irid jintwera li l-qerq uzat ikun tali li, minghajru, it-testatur ma kienx jaghmel id-disposizzjonijiet testamentarji li fil-fatt ghamel. Il-fatt wahdu li testatur jiddisponi f'testment b'mod li joqghod ghax-xewqata' persuna ohra u biex jikkuntentaha ma jitqiesx bhala bizzejjed biex jista' jinghad li tali testment huwa frott il-qerq. Ghaliex biex l-impunjattivita` tirnexxi jehtieg jirrizulta li r-rieda tat-testatur giet imdawra minhabba tali qerq u li t-testatur ma kienx jiddisponi kif iddispona li kieku makienx ghall-qerq li twettaq." Inoltre, f'dawn il-kazijiet il-provi ghandhom ikunu cari u konkludenti. Minn dan jirrizulta bic-car li mhux kull zeghil jew suggestjoni huwa kawza ta' nullita` - iridikun hemm id-dolo.

Il-kapacita` li persuna tiddisponi minn hwejjigha permezz ta' testment hija prezunta;

Biex wiehed jiddisponi minn hwejgu mhijiex mehtiega mhix mehtieg mohh perfettament u rigorozament f'siktu imma huwa bizzejjed dak l-uzu limitat tar-raguni li jippermetti l-koxxjenzata' dak illi jsir. Huwa sufficjenti li dak li jiddisponi b'testment ikun moghni b'percezzjoni, razzjocinju jew memoria sufficjenti sabiex ikun kapaci li jiddetermina u jkollu volona' ragunata u jkunjaf jaghzel u jopera dwar il-persuni u l-hwejjeg.

Il-prova ta' l-inkapacita` tispetta lil minjallegaha. Tali provi trid tkun shiha u rigoruza tali li taccerta li de cuius waqt li kien qed jaghmel it-testment ma kienx koxxjenti u ma kellux volonta` proprja dwar l-att li kien qed iwettaq.

Fattur determinanti sabiex tigi stabbilita s-sanita` mentali hija r-ragjonevolezza tad-disposizzjonijiet kontenuti fit-testment. Ghandhom ukoll relevanza qawwija id-deposizzjonijiet ta' nies professjonali bhal tabib kuranti tat-testatrici u n-nutar li ikkonfezzjona t-testment dwar l-istat u l-komportament tat-testatrici fiz-zmien rilevanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info