Reference: 451/2003/1

Judgement Details


Date
22/06/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
GASANMAMO INSURANCE LIMITED NOE ET vs VELLA RAYMOND
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KOLLIZJONI, DEFINIZZJONI TA` TRIQ PRINCIPALI U TRIQ SEKONDARJA - KOLLIZJONI, DOVERI TA` UTENT TA` TRIQ PRINCIPALI - KOLLIZJONI, DOVERI TA` UTENT TA` TRIQ SEKONDARJA
Summary
Il-ligi taghna ma tenunzja strettament ebda regola ta' kif ghandhom jigu kwalifikati 'major' u 'minor road'. In-nozzjoni ta' dina d-differenza hija relattiva, u 'the same road may be a major road with regard to a particular intersection with another road, and a minor road with regard to another intersection with a different road'.

Fir-regolamenti ma hemmx definizzjoni specjali ta' 'major'u ta' 'minor road', u triq hija major biss in relazzjoni ghal dawk it-toroq l-ohra li jikkonvergu fuqha. Kwindi zewg minor roads ta' importanza ugwali huma major in relazzjoni ghal xulxin u b' hekk jibqghu ugwali. Minn dan jidher li l-punt li jrid jigi deciz huwa jekk iz-zewg toroq in kwestjoni humiex ta' importanza ugwali; dan, in bazi ghall-wisgha taz-zewg toroq, il-volum tat-traffiku li jghaddi minnhom u d-direzzjoni taghhom.

Tali apprezzament ghandu jsir l-aktar, jekk mhux esklusivament proprju fil-kazijiet fejn ma hemmx sinjali li jindikaw l-importanza relativa tat-toroq ghaliexaltrimenti wiehed irid jobdi d-direttivi moghtija.

Min ikun hiereg minn side street ghal mainroad ghandu l-obbligu li juza l-massima attenzjoni u prudenza, li jesplora sewwa l-main road u li jieqaf ghal kollox jew johrog inching out, u jassigura li t-triq hi libera. Is-side road user ghandujuza grad ta' diligenza l-izjed gholja u vigilanza l-izjed qawwija, billi ghandu d-dmir icedi lit-traffiku li jkun fuq it-triq principali, ghax il-manuvra li jkun sejjer jaghmel biex jittraversa dikit-triq hi kalkolata li tiddisturba il-kors ordinarju tat-traffiku li jkun ghaddej minnha.

Minn dawn il-principji u konsiderazzjonijiet kollha titnissel certament il-presunzjoni, li tibqa' dejjem s' intendi juris tantum illi l-main road user, una volta kellu d-dritta, kellu jitqies li ma kienx responsabbli ghall-incident sakemm is-side road user ma jippruvax illi l-main road user seta' jigikwalifikat bhala main road abuser. Dan ifisser illi kien jinkombi fuq il-konvenut illi jgib provaadegwata li l-kawza prossima tal-kollizjoni kienet ghal kollox jew in parti dovuta ghan-negligenza fis-sewqan tal-main road user, inkella, jekk ma jirnexxielux jaghmel dan, il-main road user jibqa' sostenut mill-precitata presunzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info