Reference: 738/2000/1

Judgement Details


Date
20/06/2005
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
CAMILLERI JOSEPH D., DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Parties
BARC CO. LTD. vs AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, SMIEGH XIERAQ - LEGITTIMAZZJONI TA` L-ATTI FL-ISTADJU TA` L-APPELL
Summary
L-istitut tal-kjamat fil-kawza u l-istitut ta' l-assunzjoni ta' l-atti da parti ta' min jakkwista dritt litigjuz huma zewg istituti separati minn xulxin u li huma regolati b'ordinamenti procedurali separati. Il-bdil tal-partijiet fil-kawza minhabba cessjoni tad-dritt litigjuz kellu jkun regolat bl-Artikolu 810(a) tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili u l-argument derivat mill-istituttal-kjamat in kawza certament m'huwiex applikabbli ghall-kaz odjern. Ghalhekk, meta jkun hemm cessjoni tad-dritt litigjuz, ic-cessjonarju jakkwista l-istess interess guridiku tad-detentur precedenti. Huwa jilbes l-istess libsa li kellu d-detentur precedenti. Il-persuna li tigi kjamata fil-kawzaghandha natura ghal kollox differenti. L-istitut tal-kjamat in kwaza jaqdi diversi funzjonijiet procedurali principalment dak li jintegra l-gudizzju fejn ikun hemm diversi konvenuti li kellhom jigu mharrka u xi whud minnhom thallew barra u kif ukoll dak li jissalvagwardja d-drittijiet ta' min ikunindirettament interessat fl-ewwel azzjoni gudizzjarja u li aktarx iggib warajha azzjoni ohra bhala konsegwenza taghha. Dan l-istitut isib il-bazi tieghu fuq konsiderazzjonijiet ta' ekonomija tal-gudizzju u utilitajiet procedurali ohra.

Min jakkwista dritt litigjuz ghandu interess li jassumil-atti tal-kawza relattiva sabiex ikompli l-proceduri hu. Jekk jonqos milli jaghmel hekk ma jistax jilmenta li d-drittijiet tieghu ikunu gew lezi. Dan japplika anki jekk sussegwentement ic-cessjonarjuta' drittijiet litigjuzi jiddahhal fil-kawza fl-istadju ta' l-appell.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info