Reference: 39/2004/1

Judgement Details


Date
23/06/2005
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
IVAN VELLA vs AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 181 B TAL-KAP 12 - AZZJONI FIERGHA U VESSATORJA - KSUR TA JEDD FUNDAMENTALI - QORTI KOSTITUZZJONALI
Summary
F'ghadd ta' sentenzi moghtijin f'dawn l-ahhar snin mill-Qorti Kostituzzjonali, gew stabiliti principji li ghandhom jigu segwiti minn Qorti biex tqis jekk huwiex minnu li r-rikorrent kellu ghad-dispozizzjoni tieghu rimedju alternativ effettiv. Fost dawn il-principji wiehed isib li (a) meta jidher car li jezistu mezzi ordinarji disponibbli ghar-rikorrent biex jikseb rimedju ghall-ilment tieghu, ir-rikorrent ghandu jirrikorri ghal tali mezzi qabel ma jirrikorri ghar-rimedju kostituzzjonali, u huwabiss wara li jkun fittex dawk il-mezzi jew wara li jidher li dawk il-mezzi ma jkunux effettivamentdisponibbli li ghandu jintuza r-rimedju kostituzzjonali; (b) li d-diskrezzjoni li tuza l-Qorti biextqis jekk ghandhiex twettaq is-setghat taghha li tisma' kawza ta' natura kostituzzjonali ghandha torbot, sakemm ma tingiebx xi raguni serja u gravi ta' illegalita', ingustizzja jew zball manifest fl-uzu taghha; (c) m'hemm l-ebda kriterju stabilit minn qabel dwar l-uzu tal-imsemmija diskrezzjoni, billi kull kaz jehtieg jigi mistharreg fuq ic-cirkostanzi tieghu; (d) in-nuqqas wahdu ta' tehid ta' mezzi ordinarji mir-rikorrent m'huwiex raguni bizzejjed biex Qorti ta' xejra kostituzzjonali taqtaghha li ma tuzax is-setghat taghha li tisma' l-ilment, jekk jintwera li l-imsemmija mezzi ma kinux tajbin biex jaghtu rimedju shih lir-rikorrent ghall-ilment tieghu; (e) in-nuqqas ta' tehid ta' rimedjuordinarju - ukoll jekk sata' kien ghal kollox effettiv biex jindirizza l-ilment tar-rikorrent - minhabba l-imgiba ta' haddiehor m'ghandux ikun raguni biex il-Qorti twarrab is-setghat taghha li tisma' l-ilment kostituzzjonali tar-rikorrent; (f) l-ezercizzju minn Qorti (tal-ewwel grad) tad-diskrezzjoni taghha bla ma tistharreg il-materja necessarja li fuqha tali diskrezzjoni ghandha titwettaq, jaghti lil Qorti tat-tieni grad is-setgha li twarrab dik id-diskrezzjoni; u (g) meta r-rimedju jaqa' fil-kompetenza ta' organu iehor jew meta s-smigh tal-ilment tar-rikorrent se' jwassal biex l-indagni gudizzjarja u l-process l-iehor tas-smigh tar-rimedju ordinarju jkunu duplikazzjoni ta' xulxin, il-Qorti kostituzzjonali ghandha ttendi lejn ir-rifjut li tuza s-setghat taghha kostituzzjonali, sakemm l-indagni gudizzjarja tal-kaz ma tkunx, min-natura taghha, ixxaqleb izjed lejn kwestjoni kostituzzjonali.

Fil-kaz prezenti, l-intimati jishqu li r-rimedju li kien disponibbli lir-rikorrent huwawiehed car u effettiv, minbarra li huwa wkoll tassativ. Huma jirreferu ghat-tehid ta' azzjoni ta' stharrig gudizzjarju dwar ghamil amministrativ quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti bl-azzjoni mahsuba fl-artikolu 469A tal-Kap 12. Jinsistu li r-rimedju kostituzzjonali jew konvenzojnali japplikaw biss f'sitwazzjonijiet fejn id-dritt ordinarju ma jaghtix rimedju. Jghidu li l-procedura prezenti mehuda mir-rikorrent hija abbuziva u kapriccuza. Ifissru li r-rimedju ordinarju tal-istharrig gudizzjarju jiehu hsieb jaghti smigh ukoll fejn l-ghamil amministrativ jitqies li jikser il-Kostituzzjoni.

Wara li l-Qorti qieset ic-cirkostanzi kollha li jsawru l-kaz, u wara li qieset il-principji stabiliti dwar kif din il-Qorti ghandha tuza d-diskrezzjoni taghha li tiddeciedi jekk ghandhiex tezercita s-setgha taghha li tkompli tisma' l-kaz, tasal ghall-fehma li ma tezistix raguni tajba u impellenti bizzejjed biex tilqa' l-eccezzjoni tal-intimati. Il-Qorti waslet ghal din il-fehma ghal bosta ragunijiet. Ewlenin fosthom huma (a) li Qorti ta' gurisdizzjoni ordinarja civili adita b'kawza ta' stharrig gudizzjarju ma setghet qatt tindirizza - ahseb u ara taghti rimedju - ghall-ilmenti kollha li ressaq ir-rikorrent f'din il-kawza. Hemm imbaghad (b) il-fatt li bicca mill-ilmenti tar-rikorrent jistriehu fuq allegat ksur tal-jeddijiet fondamentali tieghu kif imharsin fil-Konvenzjoni: azzjoni ta' stharrig gudizzjarju tista' tistharreg ghamil amministrativ li jikser il-Kostituzzjoni, izda ma tistax tistharreg allegat ksur tal-Konvenzjoni. F'dan ir-rigward, il-Qorti taqbel mas-sottomissjoni maghmula mir-rikorrent fin-Nota tieghu, li (c) azzjoni ta' stharrig gudizzjarju taghti setgha lill-Qorti(fil-kompetenza taghha civili ordinarja) li tqis l-eghmil bhala “null, invalidu jew minghajr effett”, izda ma taghtix lil dik il-Qorti s-setgha li tordna kif kellu jittiehed l-eghmil amministrativ jewli tiddetta lill-awtorita' pubblika mharrka x'imissha taghmel biex taghti rimedju.

Minn dakli jidher mill-atti f'din il-kawza, il-qofol tal-azzjoni tar-rikorrent hija wahda mahsuba biex ikunjista' jwettaq xoghol kompatibbli mal-aspirazzjonijiet u s-sejha tieghu u mal-kwalifiki u l-esperjenza li hu jghid li ghandu. Ghal din il-Qorti, kull azzjoni li tolqot l-ghixien tal-persuna u t-thollija taghha li tahdem u twettaq il-milja tal-karriera taghha ma tista' qatt tkun azzjoni fiergha. Dinl-aspirazzjoni hija sahansitra wahda mill-kolonni tal-principji li fuqhom titqieghed il-Kostituzzjoni taghna u ma jidhirx li jista' jinghad li l-Kostituzzjoni hija msejsa fuq miri fiergha.

Azzjoni tkun fiergha u vessatorja jekk lanqas fil-parametri ta' azzjoni ghal rimedju ordinarju ma jkollha l-fumus juris li jsejjes l-azzjoni. Il-fatt li l-intimati jinsistu li r-rikorrent kellu rimedjuordinarju (ghalkemm, fis-sewwa, ma jammettux li huwa kien ikollu ragun kieku ghazel dik it-triq) qeghdin jistqarru li l-pretensjoni tieghu la hija fiergha u lanqas vessatorja.

L-intimati jibnul-eccezzjoni taghhom fuq dak li jghid l-artikolu 181B tal-Kap 12. Il-principju generali f'dak l-artikolu hu li l-Gvern ghandu jkun rapprezentat fl-azzjonijiet gudizzjarji mill-kap tad-dipartiment tal-gvern li jkun inkarigat fil-materja in kwestjoni. L-Avukat Generali jirrapprezenta lill-Gvern f'dawk l-azzjonijiet gudizzjarji li, minhabba n-natura tat-talba, ma jkunux jistghu jigu diretti kontraxi wiehed jew aktar mill-kapijiet tad-dipartiment.

Ilum il-gurnata hu accettat u stabilit lif'kawza dwar allegat ksur ta' jedd fondamentali hemm tliet xorta ta' mharrkin, jigifieri (a) dawk il-persuni li huwa allegat li kienu responsabbli direttament jew indirettament fit-twettiq jew fin-nuqqas ta' xi fatt li jikser dritt fondamentali mhares mil-ligi; (b) dawk li, ghal eghmejjel jew omissjonijiet ta' fatt li jikser jedd fondamentali bhalma jissemma hawn fuq, jwiegbu biex jaghtu jew jipprovdu r-rimedju li sentenza li tilqa' lment bhal dak tista' tordna li jinghata; u (c) dawk kollha lijkunu parti f'kawza meta l-ilment kostituzzjonali li jinqala' jkun sehh dwar jew waqt proceduri gudizzjarji.

Jekk wiehed ihares lejn is-setghat u l-funzjonijiet tal-Kunsill intimat (qabel kienhemm Bord) kif imfissra fl-Artikolu 27 (1) tal-Kap 464, wiehed minnufih isib li, biex iwiegeb ghat-talba dwar it-thaddim u l-effetti allegatament diskriminatorji tal-ligi, il-Kunsill intimat ma ghandux dik il-fakulta'. Aktar minn hekk, il-Kunsill intimat ma jidhirx li huwa dipartiment tal-Gvern, ughalhekk lanqas jista' jinghad li l-parametri stretti tal-artikolu 181B tal-Kap 12 jistghu japplikaw f'dan il-kaz.

Min-naha l-ohra, jekk parti mill-ilment tar-rikorrent jirrigwarda t-thaddim ta' ligi u l-effetti diskriminatorji li ghandha (jew seta' kellha sakemm damet fis-sehh), allura l-Qorti hija tal-fehma li l-intimat Avukat Generali huwa l-kuntradittur legittimu wahdieni li jwiegeb ghal dan l-ilment.

Dwar l-intimat Onorevoli Ministru tas-Sahha, il-Qorti qieset li l-Kunsill intimat m'huwiex hlejqa tal-istess Ministru u jidher li ghandu certa awtonomija minnu. Izda tqis ukoll li wahda mill-funzjonijiet tieghu hija dik li jaghti parir lill-Ministru (kemm jekk fuq talba tieghu jew mod iehor) dwar kull haga li tkun tolqot il-professjonijiet komplimentari ghall-medicina. Din il-fakulta' tista' torbot dak li sar ma' sehem jew agir li jkun involut fih il-Ministru.

Din il-Qorti qeghda tiddeciedi illi hemm ragunijiet tajbin bizzejjed biex il-Qorti taghzel li twettaqid-dmirijiet taghha u tisma' l-kawza, tqis li hadd hlief l-Avukat Generali ma jista' jkun il-kontradittur legittimu f'uhud mit-talbiet tar-rikorrent; u tiddeciedi li trid tisma' l-provi relattivi fil-mertu qabel tkun tista' tasal f'fehma erta dwar il-qaghda tal-istess intimat rigwardanti l-ilmentitar-rikorrent.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info