Referenza: 1087/2002/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
13/06/2005
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Partijiet
MAGRO RAYMOND ET vs MAGRO RITA ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
FILJAZZJONI, KUNCETT TA` IMPOSSIBILITA` FIZIKA
Fil-Qosor
Il-Kodici Civili taghna jikkontempla tliet xorta ta' azzjonijiet fuq il-filjazzjoni naturali: wahdahija dik ta' denegata paternita`, li l-ligi taghti biss lir-ragel ta' omm it-tifel, u fil-kaz kontemplat fl-art. 74 testendiha lill-werrieta tieghu (art. 84, 85, 86 u 87); it-tieni hi dik ta' impunjazzjoni tal-legittimita` tat-tifel kontemplata fl-art. 76 u 77 li hi moghtija b'mod generali lil kull min ikollu interess; u t-tielet hija dik ta' tfittxija u reklam ta' paternita` kontemplata fis-subtitolu II tat-Titolu II ta' l-Ewwel Ktieb tal-Kodici, li hi moghtija biss lit-tifel u estiza lill-werrieta u dixxendenti tieghu fil-kaz biss kontemplat fl-artikolu 85.

Dan l-appell kien jiccentra dwar l-interpretazzjoni tal-frazi "impossibilita` fizika" imsemmija fl-Artikolu 77 tal-Kodici Civili, cioe` l-azzjoni ta' impunjazzjoni tal-legittimita` (jew "filjazzjoni", in vista ta' emendi recenti fil-Kodici Civili) moghtija mil-ligi lil kull terz interessat. Dan l-Artikolu jippreskrivi illi:"Il-filjazzjoni ta' tifel imwieled matul iz-zwieg tista' tigi attakkata wkoll minn kull min ikollu interess jekk jipprova illi fiz-zmien bejn it-tliet mitt gurnata u l-mija u tmenin gurnata qabel it-twelid tat-tifel, ir-ragel kien fl-impossibilita` fizika li jghammar ma' martu minhabba li kien boghod minnha."

L-Artikolu 77 ma jsib ebda riskontru f'kodicijiet li fuqhom kien mudellat il-kodici taghna. Dan id-dritt ta' azzjoni lil kull terz interessat moghti fl-Artikolu 77 jirrispekkja b'differenza wahda id-dispost fl-Artikolu 70(1)(a) - cioe` wahda mill-ipotesijiet meta r-ragel ta' l-omm ghandu d-dritt li jistitwixxi kawza ta' denegata paternita`, u cioe` "jekk jipprova illi, fiz-zmien bejn it-tliet mitt jum u l-mija u tmenin jum qabel it-twelid tat-tifel, hu kien fl-impossibbiltà fizika li jghammar ma' martu minhabba li kien boghod minnha, jew minhabba xi accident iehor" (sottolinear ta' din il-Qorti). Wiehed jinnota li l-frazi "jew minhabba xi accident iehor" fl-Artikolu 70(1)(a) ma gietx riprodotta fl-Artikolu 77 tal-Kodici Civili. Apparti din id-differenza, id-dritt ta' azzjoni moghti lit-terz interessat fl-Artikolu 77 u d-dritt ta' azzjoni moghti lir-ragel ta' l-ommfl-Artikolu 70(1)(a) huma fis-sustanza identici, u salv dejjem il-kwistjoni taz-zmien li fih tista'tigi inizjata l-azzjoni skond l-Artikolu 73.

Il-kaz mahsub fl-art. 77(a) tal-Kodici imsemmima jaghmilx ghall-kaz in dizamina, il-ghaliex l-attur, ghalkemm, jigi ammess ipotetikament, kien separat 'di fatto' minn martu fil-perjodu imsemmi fil-ligi, ma kienx fil-fatt fl-impossibilita` fizikali jghammar ma' martu, fis-sens li dik l-impossibilita` giet interpretata, u cioe` impossibilita` fizika, materjali u assoluta, li minnha titnissel ic-certezza li kien affattu impossibili ghalih li jiltaqa' ma' martu.

In-nies l-ohrajn interessati ghandhom biss azzjoni fil-kaz ta' impossibilita` ta' koabitazzjoni tal-prezunti genituri minhabba l-lontanza, li fil-gurisprudenza giet interpretata bhala assenza mill-Gzira tar-ragel ta' omm it-tifel. Ghalkemm is-safar huwa l-iktar ezempju ovvjuta' "impossibilita` fizika", dan mhux l-unika kaz fejn jista' jkun hemm impossibilita` fizika, bhalper ezempju meta r-ragel ta' l-omm ikun il-habs jew rikoverat go sptar. Ghalhekk l-interpretazzjonikorretta li ghandha tigi moghtija lill-Artikolu 77 hija li impossibilita` fizika, assoluta u materjali, u mhux biss semplici impossibilita` morali.

Wara l-emendi ta' l-1993 ir-ragel ta' l-ommjista' jichad it-tifel kemm inter alia f'kaz ta' impossibilta` fizika kif ukoll f'kaz ta' separazzjoni de facto, fil-waqt li t-terz interessat jista' biss jimpunja l-legittimita` f'kaz ta' impossibilita` fizika (apparti dak li jiddisponi l-Artikolu 76 li ma hux rilevanti ghall-kaz odjern). Dan iwassal ghall-konkluzjoni illi ghalkemm fl-1993 il-legislatur introduca disposizzjonijiet iktar liberalifl-azzjoni ta' denegata paternita` moghtija lir-ragel ta' l-omm, huwa deliberatament ma riedx ikunprogressiv fil-kaz ta' l-azzjoni ta' impunjazzjoni ta' legittimita` moghtija lil kull terz interessat fl-Artikolu 77.

Huwa vera li l-Att XXI ta' l-1993 formalment irrikonoxxa l-importanza bhalaprova tat-testijiet xjentifici u genetici, u din il-prova giet ammessa b'mod partikolari fl-Artikolu 70(3) - cioe` fil-kuntest ta' azzjoni ta' denegata paternita` moghtija lir-ragel ta' l-omm - u fl-Artikolu 100A tal-Kodici Civili li jirreferi ghal talba gudizzjarja ghal dikjarazzjoni ta' paternita` istitwita minn tifel imwieled barra miz-zwieg.

Apparti l-fatt li ma nsibu l-ebda disposizzjoni analoga ghal dik ta' l-Artikolu 100A fil-kuntest ta' l-azzjoni ta' impunjazzjoni ta' filjazzjoni taht l-Artikolu 77, ma hemmx dubju minn qari tad-disposizzjonijiet kollha rilevanti illi l-legislatur ma riedx li l-prova genetika wahedha tkun sufficjenti biex teskludi l-paternita`, minghajr il-htiega li jigu wkoll ippruvati r-rekwiziti l-ohra kollha rikjesti mil-ligi. Kieku din kienet ir-riedatal-legislatur dan kien jghidu espressament. Minflok il-legislatur ghazel li t-testijiet genetici ikunu rikonoxxuti biss bhala prova - forsi anki wahda mill-iktar provi importanti - flimkien mal-provil-ohra prodotti biex jissustanzjaw l-elementi l-ohra ta' wahda jew iktar mill-ipotesijiet kontemplati mil-ligi. Fi kliem iehor, il-legislatur ma riedx li l-prova genetika wehidha tkun sufficjenti biex tipprevali fuq il-prezunzjoni legali li pater is est quem justae nuptiae demonstrant. Din il-Qortihi tal-fehma li l-interpretazzjoni wiesgha u liberali li xi mindaqqiet kienet qed tinghata recentement (l-aktar f'sentenzi tal-Prim Awla li ma gewx appellati) lill-frazi "impossibilita` fizika" , inkluza dik li minnha gie intavolat l-appell odjern, kienet ispirata minn sens ta' ekwita` u sabiex tigi offruta soluzzjoni fid-dawl tat-tibdil tal-hsieb socjali f'dan il-qasam.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni