Reference: 645/1991/1

Judgement Details


Date
10/06/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CUSCHIERI NOEL
Parties
SAMMUT MARIO vs GATT TARCISIO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ACCESSJONI, DRITT GHAR-RIZARCIMENT TAD-DANNI - ACCESSJONI, HTIEGA TA` PRONUNZJAMENT GUDIZZJARJU
Summary
Meta jikkonkorru l-estremi hemm indikati, ghall-applikazzjoni tal-accessjoni, jattiva ruhu l-principju ta' natura eccezzjonali li l-proprjeta' invaza taccedi mal-proprjeta tal-awtur tal-invazjoni u titqies bhala accessorja taghha. Dan isir "biss in forza tal-gudizzju tal-Qorti li [permezz tieghu]jopera ruhu t-trapass tad-dritt tal-prorpjeta' in forza ta' l-accessjoni tal-porzjoni zviluppata minn min bena fuqha." u ghalhekk il-valutazzjoni ghandha ssir "in rapport maz-zmien l-aktar vicin id-decizjoni." Dan ir-ragunament guridiku jsib konfort shih fil-lokuzzjoni tal-artikolu precitat li jiddisponi li "l-art li tigi hekk okkkupata u l-bini li jsir fuqha jistghu jigu dikjarati ta' proprjeta' ta' min bena.." Minn dan jirrizulta car li ghat-trapass tad-dritt ta' proprjeta' jehtieg dikjarazzjoni mill-Qorti li taghti l-gudizzju taghha permezz ta' sentenza wara li tkun sodisfatta li jikkonkorru l-estremi ghall-applikazzjoni tal-artikolu in disamina.

Huwa principju generali in materja ta' danni jew kumpens rizarcitorju bhal prezenti illi di regola l-persuna dannegjata jew f' dan il-kaz sid l-art ghandhom dritt jikkonsegwixxu r-rizarciment li jirrentegra l-patrimonju taghhom minnkull konsegwenza ekonomika ta' l-event dannuz, u ghalhekk f' kaz ta' rizarciment per equivalente dan ghandu jikkonsisti f' somma li tekwipara l-valur ta' l-utilitajiet mitlufa.

Il-funzjoni primarja tar-rizarciment hi dik li l-kompensazzjoni stabbilita ghandha tikkorrispondi sew ghall-pregudizzju arrekat .. fis-sens li ghandha tigi restawrata, almenu per ekwivalente, l-qaghda ta' sid ta' l-art qabel ma sehh il-fatt kompjut. Mhux eskluz allura illi fit-tutela shiha ta' l-interessi tas-sidjittiehed kont, ghall-iskop tar-reintegrazzjoni, mill-privazzjoni subita, it-telf tal-profitt, in-nuqqas ta' l-utilizzazzjoni xierqa u ampja tal-proprjeta' tieghu, u elementi bhall-izvalutazzjoni monetarja ghall-iskop tad-determinazzjoni tal-pregudizzju patrimonjali tieghu f' termini monetarji. Fikliem iehor il-likwidazzjoni ghandha tkun wahda ekwitattiva.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info