Referenza: 2802/1996/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
26/05/2005
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
LAFERLA RENATO AIC vs KIRKOP LOUIS
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
PERIT, DRITTIJIET PROFESSJONALI META INKARIGU MA JIGIX TERMINAT - PERIT, NATURA TAR-RAPPORT MAL-KLIJENT
Fil-Qosor
Il-kuntratt li bih perit arkitett u klijent tieghu jiftehmu li tal-ewwel jaghti s-servizzi professjonali tieghu huwa kuntratt ta' kiri ta' xoghol u ta' industrija, liema kuntratt huwa suggett ghall-kundizzjoni rizoluttiva tacita bhal kull kuntratt bilaterali iehor. Dan ifisser li, meta kundizzjonibhal dik issehh, l-obbligazzjoni tigi mahlula u terga' tqieghed il-hwejjeg fil-qaghda bhallikieku l-obbligazzjoni ma kienet saret qatt. Izda dawn id-dispozizzjonijiet li jghoddu ghall-obbligazzjonijiet in generali iridu jittiehdu b'qies fil-qafas tal-kuntratt partikolari li jkun, u f'kaz li l-kuntratt partikolari jkollu regoli li ma jaqblux mar-regola generali, japplikaw ir-regoli tal-kuntratt partikolari;

Illi l-artikolu 1627 tal-Kodici Civili jaghmel applikabbli ghall-kuntratt ta' kirita' xoghol u ta' industrija, fost l-ohrajn, id-dispozizzjonijiet tal-artikolu 1570 tal-istess Kodici, liema artikolu jixbah hafna dak li jitkellem dwar l-effetti tal-kondizzjoni rizoluttiva li ssehhmeta parti tonqos milli twettaq dak li ntrabtet mal-parti l-ohra li taghmel;

Illi l-ligi trid li meta ssehh kundizzjoni rizolutiva - kemm espressa u kif ukoll tacita - ghall-kaz li fih wahda mill-partijiet tonqos mill-obbligazzjoni taghha lejn il-parti l-ohra, il-parti li lejha l-obbligazzjoni ma gietx ezegwita ghandha jedd titlob il-kundanna tal-parti li naqsitha ghall-hlas tad-danni li tkun garrbet minhabba tali nuqqas. Dan jimplika li l-obbligazzjoni tkun intemmet mhux ghalraguni tajba mid-debitur tal-istess obbligazzjoni u mhux mill-kreditur innifsu li jallega d-danni. Fil-kaz fuq imsemmi ta' perit arkitett, tali danni - li jikkonsistu fix-xoghol li kien imqabbad jaghmel u li ma tkompliex - jikkostitwixxu l-lucrum cessans imgarrab minnu u li l-qies taghhom jitkejjelskond l-imsemmija Tariffa;

Huwa stabilit li waqt li l-kriterji tal-imsemmija Tariffa jghoddughal dak ix-xoghol mitlub li ma jkunx lahaq sar, fil-kaz tax-xoghol li twettaq qabel intemmet ir-rabta professjonali jibqghu japplikaw ir-rati miftehma mal-klijent;

Illi ladarba l-kundizzjonirizoluttiva tkun giet fis-sehh u ma jkunx ghadu aktar fadal il-kuntratt biex jirregola 'l-partijiet,kull prestazzjoni li setghet saret wara li jkun inhall dak il-kuntratt ma tkunx izjed imkejla skonddak il-kuntratt, imma skond dawk il-kriterji li l-ligi tistabilixxi f'kazijiet fejn ma jkunx hemm ftehim espress. Ghalhekk, fil-kaz ta' servizzi professjonali mwettqa minn periti arkitetti, fejn tali prestazzjonijiet ma jkunux gew espressament miftehma bejnhom u l-klijenti taghhom, id-drittijiet jitqiesu kif stabiliti fit-Tariffa "K" tal-iSkeda "A" mehmuza mal-Kodici tal-Organizzazzjoni u Procedura Civili. Izda, fil-kaz taghhom u konformement mal-aspett fiducjarju tar-relazzjoni professjonali, skond il-Paragrafu 11 tal-imsemmija tariffa, d-drittijiet hekk dovuti japplikaw kemm jekk il-klijent jabbanduna lill-perit u kif ukoll jekk il-perit jabbanduna l-klijent. Fi kliem iehor, jidher li,minhabba n-natura fiducjarja tal-kuntratt bejn il-professjonista (l-perit arkitett) u l-klijent, il-kawza tal-kundizzjoni rizoluttiva konsistenti fin-nuqqas ta' twettiq tal-obbligazzjoni ma tibqax rilevanti ghall-finijiet tad-"danni" mgarrba u likwidabbli lill-parti professjonista f'dan il-kuntratt. Dan iwassal ukoll ghal sitwazzjoni fejn perit jista', minn rajh u bla htija min-naha tal-klijent,jiddeciedi li jieqaf milli jaghti aktar servizzi professjonali lill-klijent tieghu meta progett ma jkunx ghadu ntemm, u jippretendi l-hlas tad-drittijiet tieghu fuq il-bazi tal-imsemmi Paragrafu 11 xorta wahda u minkejja dak li seta' kien miftiehem bejnu u l-klijent bhala hlas ta' onorarju;

Il-Qorti qieset li l-limitu wahdieni ghall-applikazzjoni tal-imsemmija Tariffa f'cirkostranzi tal-abbandun min-naha jew mill-ohra huwa biss jekk jirrizulta li l-prestazzjonijiet li dwarhom il-perit arkitett jippretendi l-hlas ikunu saru b'mod li manifestament iqarrqu bil-klijent (per ezempju, meta jitfassal xoghol li jkun kontra l-ligi fis-sehh) jew ikun teknikament improponibbli mad-daqqa t'ghajnghal min jifhem. Dan jinghad b'applikazzjoni tal-principju fraus omnia corrumpit, li ghalhekk ixejjen il-massima li omnis labor optat proemium, li fuqu jidher li jissejjes il-Paragrafu 11 tal-imsemmija Tariffa;

Ir-raguni ghaliex perit arkitett jaghzel li ma jibqax jahdem aktar ghall-klijenttieghu ma taghmel l-ebda bidla fuq id-dritt li jkun jista' jitlob. Fi kliem iehor, ma jidhirx li wiehed jista' jdur ghall-kriterju ta' xi "raguni tajba u sufficjenti" wara l-ghazla tal-abbandun: u dan jghodd kemm fir-rigward ta' abbandun mill-klijent u kif ukoll mill-perit innifsu. Jidher li dak il-Paragrafu jaghmel differenza biss fir-rigward tal-istat li jkun wasal fih ix-xoghol meta r-rabta professjonali tintemm.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni