Referenza: 341/2003/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
18/05/2005
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
ZAHRA THOMAS ET vs BUGEJA ANTHONY ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ECCEZZJONIJIET, INKOMPETENZA - ECCEZZJONIJIET, KOMPETENZA TRID TIGI DETERMINATA MILL-QORTI LI QUDDIEMHA TIGI SOLLEVATA - LOKAZZJONI, IL-KAP. 158 JESKLUDI KULL LIGI OHRA F`KAZ TA` KIRJIET KOSTITWITI WARA ENFITEWSI TEMPORANEJA - LOKAZZJONI, KOMPETENZA TAL-BORD LI JIRREGOLA L-KERA F`KAWZI TA` ZGUMBRAMENT MINN FONDI PROTETTI TAHT IL-KAP. 158 TAL-LIGIJIET TA` MALTA - LOKAZZJONI, KOMPETENZA TAL-QRATI ORDINARJI - DEFINIZZJONI TA` KERREJ TAHT IL-KAP. 69 - LOKAZZJONI, KOMPETENZA TAL-QRATI ORDINARJI - EZISTENZA TA` KIRJA - LOKAZZJONI, RILOKAZZJONI AI TERMINI TAL-KAP. 158 TAL-LIGIJIET TA` MALTA
Fil-Qosor
In linea ta' principju generali huwa ormai assodat illi ghall-ezami tal-kwestjoni jekk il-konvenut ghandux titolu jew le l-kompetenza tispetta lill-Qorti ordinarja. Jekk imbaghad din il-Qorti fuq il-fatti akkwiziti ssib li l-konvenut ghandu titolu u li dan huwa wiehed ta' lokazzjoni jiddependi mic-cirkostanzi tal-kaz partikoari u tal-ligi applikabbli jekk dik l-istess Qorti ghandhiex tissokta bil-gurisdizzjoni taghha jew tiddikjara l-inkompetenza taghha in kwantu l-materja, fil-parametri dejjemtal-ligi partikolari, tkun tesorbita mill-isfera tal-gurisdizzjoni taghha;

Jitnissel mill-konsiderazzjoni appena esposta illi mhux bilfors, una volta jigi determinat li jezisti titolu ta' kera, allura l-qorti ta' gurisdizzjoni ordinarja titlef il-kompetenza taghha. Jidher difatti li huwa pacifiku illi "jekk ghad-determinazzjoni tal-kwestjoni quddiem qorti ta' gurisdizzjoni ordinarja jkunmehtieg illi qabel xejn tinghata twegiba ghall-kwestjoni incidentali jekk il-konvenut huwiex kerrejjew le, il-qorti ghandha wkoll is-setgha li taqta' dik il-kwestjoni incidentali".

Hekk, ad exemplum, il-Qorti ordinarja hi fakoltizzata wkoll li tinvestiga u tiddirimi l-punt jekk il-konvenut huwiex verament "kerrej" entro d-definizzjoni ta' l-Artikolu 2 tal-Kapitolu 69, meta tinsorgi kontestazzjoni tat-titolu ghal-lokazzjoni wara l-mewt ta' l-inkwilin originarju. Hekk ukoll fil-limiti tal-kompetenza taghha qorti nferjuri hi hielsa li tissindika l-validita` ta' kuntratt ta' kera biex tara jekk kirja li tkun saret minn min kellu titolu rizolubbli, inghatatx taht il-"kondizzjonijiet gusti" li jsemmi l-Artikolu 1530, Kodici Civili, jew biex tara jekk jikkonkorrux ragunijiet ta' vjolazzjoni tal-kirja li jiggustifikaw ir-rizoluzzjoni taghha;

Jidher minn dawn l-emendi li l-voluntas legislatoris kienet ta' zewg xejriet. Dik primarja, li takkorda protezzjoni lil min kien fid-datafokali stabblita mill-istess Att, jiddetjeni l-post b' titolu ta' kera trattandosi ta' fond dekontrollat (Artikolu 5) jew b' titolu ta' enfitewsi, jew b' kirja ricevuta minghand censwalist, jew b' titolu ta' abitazzjoni jew uzufrutt (Artikolu 12). Minn dawn l-istess disposizzjonijiet, imbaghad, tinsorgi d-dikotomija fir-rigward tal-kompetenza. Hekk mentri fil-kaz previst taht l-Artikolu 5 l-kompetenza hi rizervata lil Bord li Jirregola l-Kera u l-ligi applikabbli hi l-Kapitolu 69, invece fil-kaz prospettat taht l-Artikolu 12 l-materja hi mill-istess ligi ta' kompetenza tal-qrati ordinarji anke ghaliex l-Ordinanza li tirregola t-Tigdid tal-kiri ta' Bini (Kapitolu 69) hi eskluza.

Taht l-Artikolu 12 il-kirja tkun giet nolens volens krejata bl-operat ta' l-istess ligi (Kapitolu 158).Dan ghaliex appena tiskadi l-koncessjoni enfitewtika hi dik id-destinazzjoni tal-fond li f' dak il-mument ikun ghalih indirizzat li tiddetermina n-natura tal-lokazzjoni li tigi mahluqa bis-sahha tad-disposizzjonijiet tal-Kapitolu 158, u dan skond il-kliem introduttiv ta' l-Artikolu 12 "minkejja kull haga ohra li tinsab fil-Kodici Civili jew f' xi ligi ohra". Li jfisser li "c-censwalist, issa konvertit f' inkwilin, ma jibqalux aktar id-disponibilita` shiha tal-fond kif kellu meta kien enfitewta, imma jibqalu d-dritt li jibqa' juzufruwixxi u jgawdi l-fond lilu lokat kif kien qieghed juzah fil-mument meta skada c-cens".

Hu ndott imbaghad mis-subinciz (3) ta' l-Artikolu 12 li f' kaz bhal dan taht dak il-Kapitolu, il-ligi pprovdiet expressis ghall-ezenzjoni ta' l-applikazzjoni tan-normi tal-Kapitolu 69. Huwa veru li f' dan id-dispost il-ligi kienet qed tikkontempla l-kaz fejn fi tmiem ic-cens d-dar ta' abitazzjoni tkun suggetta ghal kirja, izda dan jghodd ukoll fejn id-detentur ikun l-ex-enfitewta;

Illi l-hsieb tal-legislatur kien dak li fil-kaz ta' enfitewsi, konvertitaf' kera, il-materja hi regolata eskluzivament mid-disposizzjonijiet tal-Kapitolu 158. Ligi specjalidin li tikkomprendi fiha definizzjoni appozita tal-kelma "kerrej", ghal kollox distinta minn dik tal-Kapitolu 69. Huwa daqstant iehor logiku illi r-rilokazzjoni ta' l-istess kirja, hekk mahluqa, hiregolata mid-dispost ta' l-Artikolu 1536 tal-Kodici Civili u mhux taht il-Kapitolu 69. Naturalmentghal kirja bhal din ma japplikax il-kongelo kontemplat fl-Artikolu 1568 tal-Kapitolu 16. Dan ghar-raguni li kirja bhal din taht il-Kapitolu 158 hi wahda protetta, salv ghal kaz fejn jirrizulta vjolazzjoni tal-kondizzjonijiet ta' l-istess kirja da parti ta' l-inkwilin. Materja din li wkoll tirrientra fil-gurisdizzjoni tal-qorti ordinarja;




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni