Referenza: 92/2002/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/05/2005
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
CAUCHI GEORGE vs FARRUGIA ARNOLD
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA, ANNULLABBLI, PERO` MHUX NULL AB INITIO, JEKK WIEHED MILL-KONJUGI MA JAGHTIX IL-KUNSENS TIEGHU - ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA, ANNULLAMENT TA` ATT IMWETTAQ MINGHAJR IL-KUNSENS MEHTIEG - ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA, SELF TA` FLUS - ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA, WIEHED MILL-KONJUGI JISTA` JORBOT L-ASSI TAL-KOMUNJONI
Fil-Qosor
Fejn, bejn persuni mizzewgin, tapplika l-komunjoni tal-akkwisti dwar it-tmexxija tal-gid materjali taghhom, il-ligi trid li t-tnejn li huma jkollhom setghat ta' tmexxija ndaqs u li t-tnejn li huma jridu joqoghdu ghal dak li hemm provdut fil-ligi. Ghalhekk, il-ligi tghid li t-tmexxija ordinarja tal-akkwisti u l-jedd li wiehed iharrek jew jigi mharrek dwar tmexxija bhal dik tmiss lil kull wiehed mill-mizzewgin. Izda, dwar ghemejjel meqjusa bhala dawk ta' tmexxija straordinarja u l-jedd li wiehediharrek jew li jigi mharrek dwar tali ghemejjel tmiss liz-zewg mizzewgin flimkien. Madankollu, fejn ghemejjel normali ta' tmexxija ta' kummerc, negozju jew professjoni li tkun immexxijja biss minn wiehed mill-mizzewgin, ikunu wkoll ghemejjel ta' tmexxija straordinarja, dawn xorta wahda jistghu jitwettqu minn dak il-mizzewweg wahdu;

L-ghemejjel ta' ghamla straordinarja huma meqjusa bhala dawk biss li l-ligi tghid li ghandhom jitqiesu bhala ghemejjel ta' ghamla straordinarja, u fejn ghamil ma jaqax f'dik il-kategorija ghandu jintghadd bhala ghamil ta' tmexxija ordinarja. L-ghamil libih wiehed jislef jew li jissellef flus huwa maghdud bhala ghamil ta' amministrazzjoni straordinarja, safejn tali ghamil ma jkunx il-ftuh jew iz-zamma ta' depozitu ta' flus f'kont bankarju;

Fejn ghamil ta' tmexxija straordinarja jsir minn wahda biss mill-mizzewgin u minghajr l-gharfien - imqar tacitu - tal-parti mizzewga l-ohra, dak l-ghamil xorta wahda jkun jghodd. Imma jekk l-ghamil bhal dak kien jikkonsisti fi trasferiment jew f'holqien ta' jedd rejali jew personali fuq gid immobbli,jew jekk kien jikkonsisti f'holqien b'titolu gratuwitu ta' jeddijiet rejali jew personali fuq hwejjeg mobbli, ghamil bhal dak ikun jista' jithassar fuq talba tal-mizzewweg li minghajr il-kunsens tieghu ikun sar dak l-att. Kull ghamil iehor li jmissu jsir miz-zewg mizzewgin flimkien imma li jsir minn mizzewweg wiehed ma jistax jithassar, izda jinghata lill-parti li thalliet barra milli taghti l-kunsens taghha l-jedd li ggieghel lill-parti li mexxiet wahedha li tirreintegra l-komunjoni tal-akkwisti jew, jekk dan ma jkunx jista' jsir, li taghmel tajjeb ghad-dannu mgarrab mill-parti mizzewga lima tkunx tat il-kunsens taghha. Ukoll fejn huwa moghti li parti mizzewga tista' titlob it-thassir ta' ghamil straordinarju, dan irid isir fi zmien limitat, li jista' jitqassar ghal tliet xhur jekk il-parti li ma tkunx tat il-kunsens taghha jntbaghtilha att gudizzjarju biex jgharrafha bit-twettiq ta' l-ghamil;

Fejn hemm nullita' ta' dawn l-ghemejjel, din m'hijiex nullita' assoluta, imma biss wahda relattiva: l-ghamil jibqa' jiswa sakemm ma jigix imhassar. Minbarra dan, fejn hemm nullita' bhal din, tali nuqqas ta' siwi ma jista' qatt jintalab (jew jigi eccepit) mill-parti l-mizzewga li tkun ikkuntrattat, imma trid tirrizulta minn azzjoni mehuda apposta mill-parti l-mizzewga li l-fehma taghha ma tkunx inghatat, jekk u meta tmexxi b'kawza f'dan is-sens u fiz-zmien stipulat.

Il-kwestjoni dibattuta hija dwar jekk ghamil straordinarju li jsir minn jew bl-gharfien ta' wahda biss mill-partijiet mizzewgin u li dwaru ma ssirx kawza ghat-thassir jghabbix xorta wahda lill-komunjoni tal-akkwisti daqslikieku kien ghamil li sar mit-tnejn, jew jekk jghabbix biss lill-gid parafernalital-parti mizzewga li wahedha tkun ghamlitu. Fiz-zewg ipotezi, madankollu, l-implikazzjoni m'hijiex li l-ghamil ma jkunx jghodd, imma, ghall-kuntrarju, li dak l-ghamil kien jghodd - zgur fir-rigwardtat-terza persuna li tkun ikkuntrattat ma' dik il-parti mizzewga u ta' dik l-istess parti mizzewgali tkun dahlet ghalih.

Mhix korretta s-sottomissjoni li l-ghamil straordinarju mwettaq minn wiehed biss mill-partijiet mizzewgin bla gharfien jew minn wara dahar il-parti mizzewga l-ohra huwa ghamil null ab initio u dan ghaliex il-ligi ma tghidx hekk. Fejn il-ligi trid li ghamil ma jkunx jiswa ghaliex nieqes minn xi kwalita' essenzjali u mehtiega, l-ligi tghidu espressament u lil hadd m'huwa mholli li jimplikah b'tigbid, tixbih, jew b'analogija. L-ghamil ta' self huwa wiehed minn dawkli, lanqas jekk il-parti mizzewga trid tattakkah u taghmel dan bil-mod u fiz-zmien moghti lilha mil-ligi, ma jwassal ghat-thassir tal-ghamil, imma biss ghar-rimedju sussidjarju tar-reintegrazzjoni jewtal-hlas tad-danni;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni