Referenza: 624/2002/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
05/05/2005
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
CYGNET LIMITED vs SUPPLIES LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KUNTRATT, KONDIZZJONI HIJA INDIVIZIBBLI - LOKAZZJONI, INKWILIN MA JISTAX JINVOKA INADEMPJENZA TAS-SID BIEX MA JHALLASX IL-KERA U FL-ISTESS HIN IZOMM IL-KIRJA - LOKAZZJONI, META L-INKWILIN JISTA` JZOMM IL-KERA
Fil-Qosor
Hu risaput fid-duttrina li l-kundizzjonijiet huma indivisibbli, u mhux suxxettibli ghal-sodisfazzjoni in parti. Kundizzjoni, peress li hi indivissibbli, trid jew tigi sodisfatta fl-intier taghha, jewinkella ma tkunx, u la darba l-kundizzjoni, f'dan il-kaz, ma gietx sodisfatta fl-intier taghha entro t-terminu liberament miftiehem bejn il-partijiet, ghandha titqies li avverat il-kundizzjoni rizoluttiva espressa.

Kundizzjonijiet f'kuntratt ghandhom jigu esegwiti fl-intier taghhom, u mhux parzjalment, anke jekk sostanzjalment.

Ghalkemm kull debitur ghandu dritt jirrikorri quddiem il-Qorti jekk jidhirlu li l-kera li kien mitlub ihallas jew li kien hallas kien eccessiv, m'ghandux id-dritt li jirrifjuta li jhallas ebda kera sakemm it-talba tieghu ghall-fissazzjoni tal-kera xieraqtkun ghada pendenti.

Inkwilin ma jistax ma jhallasx il-kera ghax qed jikkontesta l-ammont, imma jrid, se mai, jiddeposita l-ammont mitlub taht l-awtorita' tal-Qorti pendenti l-ezitu ta' proceduri gudizzjari.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni