eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 602/1997/2
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
05/05/2005
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
AXIAK DAVID vs AWTORITA' TAT-TRASPORT PUBBLIKU
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
AXIAK DAVID vs AWTORITA' TAT-TRASPORT PUBBLIKU - 602/1997/2 - CIVILI PRIM AWLA (SEDE KOSTITUZZJONALI), MALTA
Dettalji tal-Appellati
Appellata
Iva
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
INTERESS PUBBLIKU - TIGDID TA PERMESS JEW LICENZJA
Fil-Qosor
F'dan il-kaz, meta l-awtorita' giet konfrontata b'ilment li ressaq applikant iehor li kellu t-talbatieghu ghal-hrug ta' licenzja michuda, u indunaw li l-permess favur ir-rikorrent hareg bi zball, hija ikkonsultat ruhha mal-Avukat taghha, u iddecidiet li ma ggediditx il-permess. Din id-decizjonihaduha minghajr konsultazzjoni mar-rikorrent u minghajr dan ma inghata opportunita' li jressaq il-veduti tieghu in subjecta materja. L-istess, milli jidher, ghamel l-Ombudsman li wkoll ha decizjoni li tolqot lir-rikorrent minghajr ma kkonsulta ruhu mieghu. Dan kollu sehh wkoll bi ksur tal-artikolu39(2) tal-Kostituzzjoni ta' Malta u l-artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea.
Ma giex muri x'interess pubbliku jista' jkun hemm biex il-licenzji ghad-Dwejra jkunu limitati ghal-tmienja. L-interessi kummercjali tal-privati, ma jiskludiex ab initio l-interess pubbliku, pero', dan l-interess pubbliku irid jirrizulta b'mod oggettiv, u f'dan il-kaz ma intwerhiex ghalhiex hu ta' interess pubblikuli ma jinhargux aktar licenzji ghad-Dwejra. Jista' jkun li tezisti tali konsiderazzjonijiet ta' ordni pubbliku, pero', la jidher li saru xi riflessjonijiet fuq dan, u lanqas gew murija lill-Qorti l-konsegwenzi ghal-interess pubbliku f'kaz ta' hrug ta' licenzji ohra. Il-fatt li t-tmien licence holders jghidu li lanqas ghandhom xoghol bizzejjed, mhux wahedha gustifikazzjoni oggettiva u studjata ta' xi forma ta' interess pubbliku.
F'dan il-kaz ma jistax jinghad li kien hemm ness ta' proporzjonalita' bejn l-iskop intiz - u cioe', li tinzamm sitwazzjoni ta' closed shop - u l-mezzi adoperati konsistenti fir-revoka tal-licenzja li kienet is-sors ta' ghixien tar-rikorrent u l-familja tieghu.
Din il-Qorti trid ticcara li hi mhix qed tghid li min ikun inhariglu permess jew licenzja ghal-negozju, dan irid jigi mgedded bil-fors, izda li la darba hareg permess, biex dan ma jigixmgedded, irid jirrizulta jew li l-proprjetarju naqas li jottempera ruhu ma xi ligi, jew in forza ta' xi policies ufficcjali li jkunu cari, definitivi u applikabbli ghal-materja, u dejjem wara li jigusegwiti l-principji ta' gustizzja naturali. Altrimenti, licenzja ma tistax titnehha jew ma tigix imgedda bl-addocc, ghax kull min hu titolar ta' permess jew licenzja ghandu dritt jistenna li, ceterus paribus, il-licenzja tieghu tigi mgedda.
Din il-Qorti tordna lill-Awtorita' Marittima ta' Malta, kjamata fil-kawza, sabiex iggedded il-licenzja tar-rikorrent numru 150, biex ir-rikorrent ikunjista' jopera pleasure trips fid-Dwejra, Ghawdex, u tordna lill-awtorita' intimata, l-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku, thallas lir-rikorrent s-somma ta' Lm7,000 (seba' t'elef liri Maltin) in linea ta' danni.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta