Referenza: 51/2005

Dettalji tas-Sentenza


Data
05/05/2005
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
GALEA DEBONO JOSEPH
Partijiet
IL-PULIZIJA vs PACE KEITH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
SENTENZA, AKKUZI ALTERNATTIVI - SENTENZA, INDIKAZZJONI TAL-FATTI LI TAGHHOM L-IMPUTAT IKUN INSTAB HATI
Fil-Qosor
Kif gie ritenut f'gurisprudenza kostanti sentenza tal-Qorti tal-Magistrati bhala Qorti ta' Gudikatura Kriminali li ma jkunx fiha dikjarazzjoni ta' liema fatti sabet lill-imputat hati, jew meta minnhama jirrizultax car ta' x'hiex l-appellant gie misjub hati, jew meta f' kaz ta' imputazzjonijiet alternattivi, l-Qorti tiddikjara lill-imputat hati bla ma tghid ta' liema miz-zewg imputazzjonijiet hu hati u ghalhekk jigi li l-Qorti ma qalitx ta' x'hiex sabet lill-imputat hati, jew meta ma tghid xejndwar akkuza partikolari, hija nulla u jekk il-kawza tigi appellata, il-Qorti tal-Appell tiddikjara n-nullita' tas-sentenza.

Meta s-sentenza originali tkun miktuba fuq ic-citazzjoni li fuqhajkun hemm riprodotti l-fatti u mis-sentenza kif redatta ma jkunx hemm dubju dwar liema fatti jkun gie misjub hati l-imputat, il-formalizmu ma hemmx postu u ghandha tigi salvata s-sentenza, pero' dan ma hux il-kaz, ghax hawn si tratta ta' sentenza motivata u mhux miktuba fuq il-kopja tal-komparixxi li jkollha l-Qorti bhal kif jigri kwazi dejjem fil-kawzi li jinstemghu bil-procedura sommarja, u proprju hemm id-dubji fuq imsemmija.

L-imputazzjoni ta' serq u dik ta' ricettazzjoni huma alternattivi ghal xulxin ghalhekk l-imputat ma jistax jinstab hati taz-zewg imputazzjonijiet f'daqqa.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni