Reference: 487/2002/1

Judgement Details


Date
05/05/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
MONTEBELLO VICTOR ET vs GRIMA ALFRED ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ENFITEWSI, DRITT TAS-SUB-UTILISTA LI JIKKONVERTI SUB-ENFITEWSI TEMPORANEA F`WAHDA PERPETWA TAHT IL-KAP. 158 - DAR LI TINTUZA IN PARTI BHALA HANUT - ENFITEWSI, DRITT TAS-SUB-UTILISTA LI JIKKONVERTI SUB-ENFITEWSI TEMPORANEA F`WAHDA PERPETWA TAHT IL-KAP. 158 - RESIDENZA ORDINARJA
Summary
Fejn dar residenzjali tkun soggetta ghal enfitewsi temporanja u parti minn dik id-dar tintuza bhalahanut, fi tmiem l-enfitewsi l-enfitewta jista' jitlob il-konverzjoni tat-titolu tieghu ai termini tal-Kap. 158 ta' dik il-parti residenzjali biss, u mhux ukoll ghal-parti uzata bhala hanut.

Jekk parti mid-dar biss tkun okkupata bhala r-residenza ordinarja ta' l-enfitewta, u l-bqija tad-dar ma tkunx hekk okkupata ghax tkun mikrija lil terzi bhala hanut, l-enfitewta jkun jista' jibqa' jzommb'kiri dik il-parti biss li jkun jokkupa bhala r-residenza ordinarja tieghu, u ma jibqaghlu ebda dritt fuq il-parti l-ohra tad-dar li ma kinitx hekk okkupata.

Il-Kap. 158 ma jipprovdi l-ebda tifsira tal-kelma "residenza ordinarja" u allura dawn b'necessita' kellhom ikunu interpretati skond ic-cirkustanzi tal-kaz partikolari, purche' dejjem fl-ambitu tal-ligi. Inghad a propozitu illi "metal-kelma mhiex definita, s-sinjifikat taghha jista' jvarja skond il-kuntest partikolari u l-iskop tal-uzu taghha f'dak il-kuntest". L-element tar-residenza gie interpretat mill-gurisprudenza taghna fis-sens li mhux bizzejjed li jkun hemm "mere physical presence" imma jehtieg li l-post kien "permanently his ordinary residence" u "his only residence"".

In generali l-kliem "residenza ordinarja" jiddenota residenza f'post b'certu grad ta' kontinwita'. Id-durata mhux kriterju esklussiv u necessarjament determinanti. Hu pero' kriterju tajjeb dak li jirrigwarda l-mod kif bniedem ugwalment jorganizza hajtu . In definitiva ebda kriterju wiehed ma hu a priori konklussiv u f'kull kaz iridu jitqiesu c-cirkostanzi kollha".

Ir-residenza, biex taghti l-protezzjoni mahsuba bil-ligi, ma tridx tkun specjali, okkazzjonali jew kazwali. Residenza timplika okkupazzjoni permanenti, u mhux bizzejjed li wiehed jghix fil-post "in and out" jew li jkollu l-indirizz postali fuq dak il-fond. In-necessita' li r-residenza tkun wahda reali u permanenti jirrizulta wkoll mill-gurisprudenza li stabbilit li fond uzat bhala villeggjatura, ma jistax jitqies bhala li jservi ghar-"residenza ordinarja" ta'dak li jkun.

Biex wiehed jista' jistabilixxi jekk persuna jkolliex ir-residenza ordinarja taghha f'post partikolari huma relevanti c-cirkostanzi kollha tal-kaz illi jistghu jindikaw jekk il-membru tal-familja kienx qieghed jaghmel uzu mill-fond in kwistjoni ghal dawk l-iskopijiet li wiehed jifhem b'residenza ordinarja.

Dawn jinkludu l-irqad u mistrieh regolari fil-fond in kwistjoni;l-fatt li fil-fond in kwistjoni jinzammu l-oggetti personali u l-hwejjeg ta' min jippretendi li ghandhu residenza; l-fatt illi f'din ir-residenza huwa jghaddi z-zmien liberu tieghu fejn hu jipprattika d-delizzji tieghu u jaghmel ix-xoghol personali tieghu. Tindika wkoll il-kelma 'residenza', l-fond fejn wiehed jippranza u jiccena, fejn wiehed jircievi l-korrispondenza u anke fejn jircievi l-hbieb, u fejn il-hbieb u terzi jistennew li jsibu lil min hu hemm residenti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info