Reference: 2993/2002/1

Judgement Details


Date
04/05/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CAMILLERI CARMEN vs MIDDLESEA INSURANCE PLC
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ASSIKURAZZJONI, KUNTRATT ALEATORJU - ASSIKURAZZJONI, RABTA BEJN PRE-ACCIDENT VALUE TA` VETTURA U L-VALUR ASSIGURAT - TRIBUNAL GHAL TALBIET ZGHAR, DRITT TA` APPELL MARBUT MA` L-AMMONT INDIKAT FL-AVVIZ
Summary
Ghall-iskop tas-subinciz (3) ta' l-Artikolu 8 tal-Kapitolu 380 u allura ghad-dritt ta' l-appell minndecizjonijiet tat-Tribunal ghal Talbiet Zghar, dak li jghodd hi s-somma reklamata fit-talba kontenuta fl-avviz u mhux id-differenza bejn dik is-somma u l-ammont offert jew stabbilit fis-sentenza apellata. Huwa aktar minn logiku illi l-appellanti qeghda permezz ta' l-appell interpost minnha tinsisti ghar-rizarciment shih tas-somma mitluba tant li qed tippretendi r-revoka tad-decizjoni. Fil-hsiebtal-Qorti dak li jiddetermina l-gurisdizzjoni ta' din il-Qorti hi t-talba kontenuta fl-att promoturin kwantu din hi l-parametru li fih il-Qorti hi msejha biex tezercita l-gudizzju taghha u tiddeciedi dwaru. Difatti, l-artikolu tal-ligi surreferit jorbot id-dritt ta' l-appell ma' l-ammont in kwistjoni, eskluzi d-drittijiet u spejjez.

Il-kuntratt ta' assigurazzjoni huwa wiehed aleatorju inkwantu kif jinghad fl-Artikolu 964, Kodici Civili, dan jiddependi minn avveniment incert jew minn kontingenza. Dan riferibilment ghall-qliegh jew it-telf, ghaz-zewg partijiet jew ghal wahda minnhom.Ghalhekk jekk ma jkunx hemm l-alea jonqos l-element principali ta' dan il-kuntratt.

Fil-kazin ezami l-vettura de quo kienet assigurata taht polza li taghti kopertura ghal "third party, fireand theft". Fiha jinghad expressis illi fil-kaz ta' telf jew hsara tal-vettura assigurata, "il-hlashu limitat ghall-valur ragonevoli fis-suq tal-vettura immedjatament qabel it-telfa jew hsara, bla ma jaqbez l-istima moghtija mill-assigurat kif tidher fl-Iskeda"

Ma kienx bizzejjed li wiehedjistrieh fuq il-valur indikat fir-renewal notice jekk fir-realta` dak ma kienx il-veru market valuetal-karozza. Il-patt espress ma jorbotx il-valur ma' din il-proposizzjoni izda mal-valur ragonevolifis-suq. Li jfisser li l-assigurazzjoni kienet tenuta tirrizarcixxi t-telf subit minnha fil-limitistabbiliti mill-kuntratt. U dan ir-rizarciment kellu jkun wiehed komputat oggettivament u mhux soggettivament;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info