Reference: 2225/1995/1

Judgement Details


Date
12/07/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
MICALLEF CARMELO vs PISANI PAUL
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
INTERESS GURIDIKU, ELEMENTI TA`
Summary
Ghal bosta snin il-Qrati taghna fissru li l-elementi mehtiega biex isawru interess tal-attur f'kawzahuma tlieta, u jigifieri li l-interess irid ikun guridiku, li l-interess irid ikun dirett u personali u li dak l-interess ikun attwali. B' ta' l-ewwel, wiehed jifhem li dak l-interess ghandu jkollu mqar iz-zerriegha ta' l-ezistenza ta' jedd u l-htiega li tilqa' ghal kull attentat ta' ksur tieghu minn haddiehor. Dan l-interess m'hemmx ghalfejn ikun jissarraf fi flus jew f'valur ekonomiku.

Minbarra dawn l-elementi, gie mfisser ukoll li biex wiehed ikollu interess li jiftah kawza, dak l-interess (jew ahjar, il-motiv) tat-talba ghandu jkun konkret u jezisti fil-konfront ta' dak li kontratieghu t-talba ssir.

Imma l-interess jista' jitkejjel, mhux biss mit-termini tal-azzjoni, izda wkoll mill-eccezzjonijiet li l-istess azzjoni tqanqal.

Il-Qrati taghna fissru wkoll li l-interess ta' parti li tiftah kawza jrid jibqa' jintwera tul il-kawza kollha ghaliex jekk tali nteressjigi nieqes, il-kawza ma tkunx tista' tissokta. Minbarra dan, jekk l-azzjoni ma tkunx kapaci li tipproducti rizultat vantaggjuz jew utili ghal min jipproponiha jew jekk dan ir-risultat, jew sentenza,ma jkunx jista' jigi uzufruwit, l-azzjoni ma tistax tigi protetta.

Il-Qrati taghna sahansitra taw decizjonijiet fis-sens li persuna ghandha nteress li tigi msejha fil-kawza (koattivament) ankefejn la tista' tirbah il-kawza u lanqas tista' tigi kundannata, imma biss ghaliex il-kwistjoni tirrigwarda jeddijiet taghha u ghall-integrita` tal-gudizzju.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info