Reference: 1419/2000/1

Judgement Details


Date
28/04/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
GALEA JOHN ET vs FALZON RAYMOND ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, OKKUPAZZJONI TA` FOND MINGHAJR TITOLU - LOKAZZJONI, INKWILIN MA JISTAX JINVOKA INADEMPJENZA TAS-SID BIEX MA JHALLASX IL-KERA U FL-ISTESS HIN IZOMM IL-KIRJA - LOKAZZJONI, META L-INKWILIN JISTA` JZOMM IL-KERA
Summary
Darba li giet determinata l-lokazzjoni, il-fond ma jitqiex aktar lokat, izda, f'kaz li jibqa okkupatmill-ex-inkwilin, kull okkupazzjoni sussegwenti titqies "bla titolu", u kwindi l-kumpens li l-okkupant ikun irid jithallas ma jissejahx aktar "kera", izda danni ghal-okkupazzjoni, izda meta tqies lil-perjodu okkupat bla titolu hu wiehed qasir u d-danni ghall-okkupazzjoni f'kirja generalment jigu kkalkulati a bazi tal-kera precedenti, il-Qorti ma tarax li ghal dan in-"nuqqas" zghir fit-terminologija uzata mill-atturi ghandha tasal ghac-cahda tat-talba, imqar in parte.

Meta jkun hemm okkupazzjoni bla titolu, il-kumpens dovut bhala danni soltu li jigu kkolkulati a bazi tal-valur lokatizzju tal-fond jew ir-rata ta' kera miftiehma u kwindi mhux lok li t-talbiet relattivi, li jirreferughal-kumpens bhala kera, jigu dikjarati nulli. Fuq kollox, hija prassi li n-nullitajiet m'ghandhomxjigu facilment accettati, u hu bizzejjed li t-talba tkun imfassla b'mod tali li l-konvenut jifhem l-intenzjoni ta' min harrikha. Intqal ukoll li c-citazzjoni m'ghandhiex tigi mwaqgha ghajr ghal-ragunijiet gravi u li bizzejjed li mic-citazzjoni jirrizulta rapport, u n-nuqqas ta' kjarezza trid tkunta' ghamla u kwalita' tali li ccahhad b'mod serju lill-konvenut mid-difiza tieghu. Fejn ma jinholoqxpregjudizzju serju lill-konvenut, il-procedura ghandha tigi salvata, basta dan ma jaffettwax is-sustanza tal-azzjoni u tal-eccezzjonijiet.

Il-kera patwita ghandha tithallas dejjem ghax hija l-korrispettiv tat-titolu lokatizju gawdut mill-inkwilin. Il-ligi tinsisti li l-kera ghandha tithallas; anke jekk is-sid jonqos milli jesegwixxi l-obbligazzjonijiet tieghu, l-inkwilin ma jistax jagixxi unilateralment u biex "jaghmel tajjeb" ghan-nuqqasijiet tas-sid, izomm lura milli jhallas il-kera.Anke meta si tratta minn tiswijiet straordinarji li, skond il-ligi, jaqghu fir-responsabilita' tas-sid, jekk dan tal-ahhar jonqos milli jaghmel it-tiswijiet mehtiega, il-ligi trid li l-inkwilin jadixxi l-Qorti u jaghmel ix-xogholijiet mehtiega taht id-direzzjoni tal-Qorti. Meta inkwilin jagixxi wahdu u ma jsegwix il-procedura li trid il-ligi, jitlef id-dritt li jzomm il-kera biex jikkompensa l-ispejjez minnu inkorsi. Intqal ukoll li l-fatt li l-kera ma tkunx giet stabbilita mill-Bord li Jirregola l-Kera jew ikun hemm diskordju dwaru, mhux gustifikazzjoni ghan-nuqqas ta' hlas.

Il-lokatur hu obbligat li jara li ma jigix li jonqos, bil-fatt tieghu stess, li jhares l-obbligazzjoni tieghu naxxenti minn natura stess tal-kuntratt tal-kiri, dik cioe', li jassigura lill-inkwilin it-tgawdija pacifika tal-fond ghaz-zmien tal-kirja u ghall-uzu li ghalih il-kirja tkun saret.

Kwindighan-nuqqas lamentat mill-inkwilin, ir-rimedju mhux li ma jhallasx il-kera, izda li jfittex ghad-danni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info