Reference: 1586/1996/1

Judgement Details


Date
13/06/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
HIGHRISE COMPANY LTD vs BUSUTTIL VINCENT
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
ECCEZZJONIJIET, INTEGRITA` TAL-GUDIZZJU - INTEGRITA` TAL-GUDIZZJU, BAZI TAL-ECCEZZJONI
Summary
L-eccezzjoni ta' nuqqas ta' integrita` tal-gudizzju tistrieh fuq tlett konsiderazzjonijiet principali: l-ewwel wahda hija li, ghall-ahjar gudizzju tal-Qorti, ghandhom jippartecipaw fih dawk kollha lihuma interessati; it-tieni, sabiex tigi assikurata kemm jista' jkun l-effikacita` tal-gudizzju, inkwantu dan jorbot biss lil dawk il-persuni li jkunu ppartecipaw fl-istess gudizzju; u t-tielet biex jigi rispettat il-principju ta' l-ekonomija tal-gudizzji, sabiex ma jkunx hemm il-bzonn li l-istess procedura tigi ripetuta kontra l-persuni kollha nteressati f'diversi kawzi, billi dawn ma jkunux haduparti f'gudizzju wiehed u l-kreditur attur ikollu l-interess li d-debituri kollha jigu vinkolati, biex ikun jista' jesegwixxi t-titolu tieghu kontra taghhom kollha.

Li l-gudizzju jkun integru ghalhekk, jinteressa principalment lill-attur aktar mill-konvenut, inkwantu dan, bl-eccezzjoni msemmija, ghandu biss l-ewwel raguni li tiggustifikah, billi d-difiza tieghu tista' tigi ppregudikata minncerti veritajiet u certi ragunijiet, li jiddependu mill-presenza ta' persuni ohra bhala partijiet fil-kawza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info