Reference: 1217/1998/1

Judgement Details


Date
22/03/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
CASSAR PERIT VINCENT NOE vs DEBONO NICHOLAS SIVE LINO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KOMPENSAZZJONI, GHAMLIET TA` - KOMPENSAZZJONI, META TISTA` SSIR
Summary
It-tpacija hija meqjusa mil-ligi bhala wahda mill-modi kif tispicca obbligazzjoni. It-tpacija ssehh meta tnejn min-nies ikunu debituri lejn xulxin, u ssehh bis-sahha tal-ligi nnifisha wkoll jekk minghajr l-gharfien tad-debituri nfushom, b'mod li hekk kif ikunu jezistu zewgt idjun fi zmien wiehed joqtlu 'l xulxin safejn ikunu ndaqs. Huwa siewi li wiehed izomm quddiem ghajnejh li, fit-tpacija, iz-zewgt idjun ma jigux estinti mid-data tas-sentenza b'effett ta' l-istess, izda mill-mument tal-koezistenza taghhom (ex tunc), automatikament, b'effett tal-Ligi.

It-tpacija tista' titqies bhalahlas reciproku li jitfi z-zewg obbligazzjonijiet (jekk ikunu ndaqs) fl-istess waqt. Jekk kreditu wiehed ikun akbar mill-iehor, it-tpacija ssehh sal-ammont tal-anqas wiehed u l-obbligazzjoni tibqa' skond kemm l-akbar kreditu jkun jisboq 'il dak li jkun icken;

Il-ligi taghna taghraf zewg ghamliet ta' tpacija: dik ex lege u dik konvenzjonali, li ma toqghodx ghar-regoli tal-ewwel forma, imma tiddependi biss mir-rieda tal-partijiet li jiftehmuha. Biex tista' ssehh it-tpacija legali jehtieg jintwera li (a) jkun hemm zewg djun fl-istess waqt (ukoll jekk mhux tal-istess qies jew valur), (b) li jirreferu ghal tnejn min-nies li huma debitur u kreditur reciprokament ta' xulxin, (c) li jkunu omogenji (jigifieri, jkollhom bhala oggett il-hlas ta' flus jew haga ohra fungibbli); (d) li jkunu likwidi jew jistghu jkunu likwidati bla tahbit kbir u jkunu certi wkoll f'dik li hija kwantita'; u (e)li d-djun ikunu dovuti jew jistghu jintalbu;

Illi fir-rigward tad-djun li joqtlu 'l xulxin,id-duttrina tishaq li biex issehh it-tpacija jehtieg li tintwera l-awtonomia taz-zewg kridit kontrapposti. Ghalhekk il-ligi trid li jkun hemm zewgt idjun separati, u mhux rapport wiehed li minnu jitnisslu pretensjonijiet reciproci tal-partijiet. Kemm hu hekk, inghad b'awtorita' interpretativa lil-kompensazzjoni tippresupponi l-awtonomija tar-rapporti li ghalihom id-djun tal-partijiet jirreferu, bil-konsegwenza li fil-kaz ta' rapport wiehed, jew reapporti accessorji, il-kontroversja tittraduci ruhha f'accertament ta' x'wiehed ikollu jaghti u jiehu, jigifieri forma ta' kontegg kompless li majikkwalifikax bhala kompensazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info