Reference: 851/2003/1

Judgement Details


Date
16/03/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
RAGONESI VICTOR AVUKAT vs H.S.B.C. BANK MALTA PLC
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
GARANZIJA, BANKARJA
Summary
Sostanzjalment, il-garanzija sservi biex taghti essenza u sinjifikat il-hlas tad-debitu garantit. Dan johrog ben car mid-dispost ta' l-Artikolu 1925 tal-Kodici Civili.

Meta tinghata garanzija bankarja li tithallas "on first demand" din ma tistax titqies accessorja billi, a kuntrarju ta' dak prefiss fl-imsemmi dispost, il-Bank ma jintrabatx bhad-debitur b'mod principali u ghall-kaz biss li d-debitur ma jissodisfax l-obbligazzjoni tieghu. Ix-xorta tal-garanzija in diskussjoni hi wahda awtonoma in kwantu tiddifferenzja ruhha mill-fideiussjoni solita proprja minhabba l-mankanza ta' l-element ta' l-accessorjeta`. F' kaz bhal dan il-garanti jimpenja ruhu li jhallas lill-beneficcjarju minghajr ma jressaq eccezzjonijiet jew kweziti dwar l-effikacja u l-validita` tar-rapport baziku intervenut bejn id-debitur u l-kreditur tieghu. Il-karattru ta' garanzija bhal din hu esplicitat mill-uzu ta' lokuzzjoni partikolari; ad ezempju, "on your first demand". Hemm imbaghad l-adoperu ta' klawsoli ohra analogi, idoneji biex jindikaw l-eskluzjoni tal-fakolta tal-garanti li jopponi lill-kreditur b' dawk l-eccezzjonijiet spettanti lid-debitur principali, ez. "it shall not be incumbent upon usto verify whether such demand is justified".

Naturalment isegwi illi l-garanti li jhallas japplikaw a beneficcju tieghu l-principji generali in materja ta' surroga jew ta' regress kontra d-debitur principali kemm ghall-kapital, kemm ghall-imghaxijiet u spejjez.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info