Reference: 1231/2000/1

Judgement Details


Date
16/03/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
MICALLEF HENRY ET vs STANLEY ANNA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, DEFINIZZJONI TA` KERREJ TAHT IL-KAP. 69 - LOKAZZJONI, MEMBRI TAL-FAMILJA LI KIENU JGHIXU MAL-INKWILIN FIZ-ZMIEN TAL-MEWT TIEGHU
Summary
Taht il-Kap. 69 il-kelma "kerrej" "tfisser ukoll ... fil-kaz ta' dar ta' abitazzjoni, meta l-kerrejma jhallix warajh armla jew armel, dawk il-membri tal-familja tal-kerrej li jkunu joqoghdu mieghu fiz-zmien tal-mewt tieghu";

(1) Il-legislatur ried jirrestringi d-dritt li s-sid kellu taht il-ligi komuni li fit-tmiem tal-lokazzjoni ma jgeddidx il-kiri. Minflok iddetta li malgrado l-volonta`tas-sid jinghata lill-kerrej il-beneficcju tar-rilokazzjoni. Intqal a propozitu "kien naturali lidan il-beneficcju jinghata lill-kerrej innifsu matul hajtu. Kien gust ukoll li wara mewtu jinghatalill-armla jew l-armel tieghu jew taghha, jekk ma jkunx hemm separazzjoni minn xulxin. Il-legislatur deherlu gust ukoll illi jgawdu mill-beneficcji, jekk ma jkunx hemm armla jew armel, fil-kaz ta' djar, it-tfal jew membri ohra tal-familja tal-kerrej, huma jew mhumiex eredi taghhom".

(2) Korrettement intiza l-interpretazzjoni tal-kelma tal-ligi fil-precitata definizzjoni hi dik li "l-kelma'tenant', naturalment u fl-ewwel lok, fis-sens ordinarju taghha tfisser il-kerrej innifsu. Izda l-legislatur, ghal wara mewtu, ried izid persuni ohra li jgawdu wkoll il-protezzjoni ta' dik il-ligi, usemma min huma. Biex jaghmel dan, hu qal illi ghall-finijiet ta' dik il-ligi anke dawk il-persunil-ohra jitqiesu daqs li kieku kienu l-kerrej originarju. ... Hemm bzonn li ssir enfasi fuq il-fatt illi b' din id-definizzjoni tal-kelma 'kerrej' il-legislatur kien qieghed u ried, jipprovdi ghall-kazta' rilokazzjoni wara l-mewt tal-kerrej, cjoe tal-persuna fizika li kienet il-kerrej. Ghalhekk isemmi l-armla jew l-armel, u membri tal-familja li kienu joqoghdu mieghu fiz-zmien tal-mewt, u, fil-kaz ta' hwienet, qraba eredi."

Jitnissel min dan kollu illi fil-korrettezza logika-guridika tat-test tal-ligi ma taghmel l-ebda differenza jekk tkunx mietet l-ewwel l-omm jew il-missier ta' ibenjew bint li jirrizulta mill-provi li jkunu qed jirrisjedu maghha jew mieghu fil-mument tal-mewt. Skond il-vot tal-ligi jekk f' dan il-kaz kien il-missier, kerrej originarju, li miet l-ewwel dik il-kirja kienet hekk vigenti ghaddiet ope legis, skond il-Kapitolu 69, ghand martu li ssopravvivietu. Ujekk allura fil-mument tal-mewt ta' din kien hemm ulied jghixu maghha f' dak il-mument dawn ukoll jircievu l-protezzjoni li l-legislatur ried jakkorda lill-"kerrej" b' dik l-istess ligi u Kapitolu;

Biex membru tal-familja jista' jitlob b' success il-protezzjoni tal-Kapitolu 109 (illum Kapitolu 69) ir-residenza tieghu mat-tenant ma tridx tkun kazwali jew saltwarja, jew ghal semplici kumdita`ahjar, jew ta' semplici pjacir, jew ispirata minn dik il-htiega ta' kambjament ta' ambjent li anketaghmel gid ghas-sahha u ghall-mohh imma trid tkun ir-residenza ordinarja tal-bniedem, anke jekk ghal bzonn mhux l-unika residenza tieghu, imma dejjem haga imposta minn necessita`.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info