Reference: 849/2003

Judgement Details


Date
18/02/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Parties
PMARK LIMITED vs LOMBARD BANK MALTA P.L.C.
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
CHEQUE, GIRATA - CHEQUE, RESPONSABBILTA` TAL-GIRANTI LEJN IL-GIRATARJU - KAMBJALA, GIRATA - KAMBJALA, RESPONSABBILTA` TAL-GIRANTI LEJN IL-GIRATARJU
Summary
Hawnhekk lill-attrici waslilha cheque migbud fuq bank barra minn Malta biex meta jissarraf ikun bi hlas ghal ordni minn barra. L-attrici iddepozitat ic-cheque f'kont li kellha mal-bank konvenut u stenniet sakemm ic-cheque ikun cleared qabel ma tibghat il-merkanzija. Il-bank konvenut baghat ic-cheque lill-korrispondent tieghu ghal clearing u, wara li sema' minghand il-korrispondent, eventwalmentgharraf lill-attrici illi c-cheque kien cleared. Meta saret taf dan, l-attrici serrhet mohhha li l-flus kienu waslulha u ghalhekk ghamlet dak li kien mehtieg, u dahlet ukoll fi spejjez, biex tibghatil-merkanzija barra minn Malta.

Wara xi zmien, izda, il-bank barrani trattarju tac-cheque intebah illi c-cheque kien falz u ghalhekk ma setax jiddebita l-kont ta' dak li fuqu kien deher bhala traent. In-negozji bic-cheque ghalhekk treggghu lura: il-kont tal-bank konvenut mal-korrispondent tieghu, li fil-bidu kien kreditat bil-valur tac-cheque, rega' gie debitat u l-konvenut ghamel l-istess haga mal-kont li l-attrici ghandha mieghu.

Il-qorti qieset illi r-relazzjoni tas-socjetà attrici mal-bank konvenut hija dik ta' beneficjarju u girant ta' kambjala ma' giratarju. L-attrici iggirat ic-cheque - li hu forma ta' kambjala fejn it-trattarju huwa bank - lill-konvenut sabiex il-konvenut jiskontah favur taghha. Il-bank imbaghad iggira c-cheque favur il-korrispondent tieghu, u thallas minghandu, u l-korrispondent tal-bank ipprezenta c-cheque ghall-hlas ghand il-bank trattarju sabiex dan jiddebita l-kont li kellu mieghu it-traent. Gara izda illi c-cheque ma kienx tassew mahrugminn min kien jidher fuqu bhala traent, u ghalhekk il-bank trattarju ma setax jiddebitalu l-kont.Ghalhekk dar kontra l-giranti tieghu, li kien il-korrispondent tal-bank konvenut, il-korrispondent dar kontra l-giranti tieghu, li kien il-bank konvenut, u l-bank konvenut dar kontra l-giranti tieghu,li kienet is-socjetà attrici.

Meta l-konvenut dar kontra l-attrici billi rega' iddebita l-kont taghha, kien qieghed jinqeda bil-jedd li taghtih il-ligi fl-artt. 140(1) u 193 tal-Kodici tal-Kummerc:

140. (1) Il-girant iwiegeb lejn kull pussessur ta' wara ghall-accettazzjoni u ghall-hlas tal-kambjala.

193. Il-pussessur ta' kambjala li jircievi l-hlas taghha, u l-giranti kollha ta' qablu, huma garanti lejn dak li hallasha tal-validità tal-gîri kollha ta' qabel.

Ir-responsabbiltà hija tal-giranti lejn il-giratarju. It-tisrif ta' kambjala ma jfissirx illi min ihallas qieghed jaghti garanzija lil min ircieva l-hlas; anzi, huwa min ircieva l-hlas li jaghti garanzija lil min hallas. L-attrici hija marbuta favur il-giratarji kollha ta' warajha, u tista' biss iddur kontra min hareg ic-cheque u l-giratarji ta' qabilha, jekk kien hemm. Meta l-bank konvenut gharraf lill-attrici illi c-cheque kien cleared, ma kienx qieghed ukoll jaghti garanzija tal-validità tieghu, ghax dik il-garanzija, skond il-ligi, tinghata minn min jircievi l-hlas, mhux minn min ihallas.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info