eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 32/2003
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
24/02/2005
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
GRIMA HAMMETT IVAN vs KUMMISSJONI GHALL-KONTROLL TA' L-IZVILUPP
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
GRIMA HAMMETT IVAN vs KUMMISSJONI GHALL-KONTROLL TA' L-IZVILUPP - 32/2003 - TAL-APPELLI CIVILI (INFERJURI), L-AWTORITA' TA' MALTA DWAR l-AMBJENT U L-IPPJANAR
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, POLICIES VIGENTI FIZ-ZMIEN META TIGI DECIZA L-APPLIKAZZJONI HUMA DAWK APPLIKABBLI - PERMESS GHALL-IZVILUPP, DEEMED APPROVAL
Fil-Qosor
L-artikolu 36 (1) tal-Kap 356 jipprovdi mandatorjament li jekk l-Awtorita' tircievi proposta ghal zvilupp li hija f'konfini ta' skema dwar provvedimenti temporanji, l-Awtorita' ghandha tiehu decizjonidwar l-istess fi zmien tnax-il gimgha minn meta tkun validat l- applikazzjoni. F'kaz li dan ma jsirx allura ghandu jitqies li hemm permess - dejjem izzid il-ligi "jekk l-applikazzjoni tikkonforma mal-policies approvati".
Ladarba l-applikazzjoni li saret tkun konformi ma' dak li hemm propostfl-istess skema temporanja ta' zvilupp l-iskadenza tat-terminu ut sic bla ma l-Awtorita' tiehu decizjoni, kellu jigi kkunsidrat bhala approvazzjoni ta' l-istess applikazzjoni, aktar u aktar jekk l-Awtorita' ma titlobx li jittawwal iz-zmien a bazi tad-dispozizzjonijiet ta' l-istess sub-artikolu jewtaghmel dak rikjest fis-sub-artikolu (3) ta' l-istess artikolu, li ghall- kompletezza jinghad li majapplikax ghall-kaz odjern.
Jekk ikun hemm ezami ulterjuri barra mit-terminu hemm indikat, qatt ma jista' fil-fatt jkun hemm "deemed approval". Dan ghaliex l-applikazjoni ta' dak propost fl-istess artikolu tibqa' dejjem suggett ghal decizjoni ad hoc mill-Awtorita' dwar l-istess policies - anke allura f'kull terminu - policies li fi kwalunkwe kaz huwa prezunt li gew sodisfatti, ghaliex altrimenti wiehed kien qed jistenna li l-Awtorita' taghti decizjoni fit-terminu ta' zmien indikat mill-ligi - decizjoni li timponi rifjut tal-permess.
Id-dekors taz-zmien biss fil-kaz hemm imsemmi,bla ma l-Awtorita' taghmel xejn qatt ma jista' jwassal ghal deemed approval, ghaliex dan ikollu jistenna decizjoni proprja ta' l-istess Awtorita', anke wara tali terminu, bhalma huwa l-kaz odjern, u bla ma l-Awtorita' titlob estensjoni skond l-istess dispozizzjoni legali. B'hekk l-ghan dikjarat ta'l-istess artikolu, li decizjonijiet jittiehdu minghajr dewmien jigi, kif fil-fatt gie, ghal kolloxfrustrat.
Hawnhekk, l-applikazzjoni ghall-permess ta' zvilupp giet rifjutata peress li l-PjanLokali gdid ghall-istess lokalita' - li ghadu ma' giex in vigore - kien qed jissuggerixxi li l-istess sit fejn huwa propost l-izvilupp de quo kellu jigi zviluppat bhala sit industrijali flok dak attwali ta' residenza, u ghalhekk skond l-istess decizjoni dan m'ghandux jithalla jsir sabiex l-istess propost pjan ma' jigix pregudikat.
Tali ragunament huwa ghal kollox zbaljat u legalment inkorett. Dan peress li kull applikazzjoni ghandha tigi trattata u ezaminata fid-dawl tal-ligi u pjani upolicies ta' l-Awtorita' li attwalment ikunu in vigore. Dan anke fid-dawl ta' dak li jipprovdi l-artikolu 33 tal-Kap 356.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta