Reference: 356/1997/1

Judgement Details


Date
25/02/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Parties
KUNSILL LOKALI MELLIEHA ET vs CENTRAL MEDITERRANEAN DEVELOPMENT CORPOR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
KUNSILL LOKALI, INTERESS LI JARA LI TOROQ PRIVATI JINZAMMU SEW - KUNSILL LOKALI, KIF GHANDU JIGI MHARREK - TRIQ PRIVATA, ASFALTAR MA JIRRENDIHIX PUBBLIKA - TRIQ PRIVATA, RESPONSABILITA` GHAL MANUTENSJONI TA`
Summary
Kunsill Lokali certament ghandu interess li t-toroq, anke dawk privati, minn fejn jghaddi biex jipprovdi servizz ta' gbir ta' skart, ikunu "up to standard". Inoltre l-Artikolu 20(9)(I) tal-Kap. 10 tal-Ligijiet ta' Malta jiddisponi li "Kull triq ghandha tinzamm mill-persuna li tkun fethitha fi stat tajjeb ta' tiswija b'mod li joghgob lid-Direttur tax-Xoghlijiet Pubblici." Il-Kunsill Lokali, f'materja ta' toroq jista` jigi kunsidrat bhala l-"lunga mano" tad-Direttur tax-Xoghlijiet Pubblici u ghalhekk l-istess Kunsill certament ghandu interess guridiku billi ghandu l-obbligu u d-dmir li jara lil-artikolu citat jigi rispettat.

Il-provvedimenti ta' l-Artikolu 181A tal-Kap. 12 jipprovdi li meta tigi prezentata skrittura minn jew kontra korp li jkollu personalita` guridika distinta, ikunbizzejjed li wiehed inizzel isem dak il-korp. Fil-kaz in ezami l-Kunsill Lokali Mellieha kien indikat bhala parti in kawza u isem is-Sindku jew alternattivament l-assenza tas-Segretarju Ezekuttiv gew meqjusa bhala rrilevanti.

Ir-responsabbilia` ghall-manutenzjoni ta' toroq privati ma tghaddix f'idejn il-Gvern jew il-Kunsill Lokali bis-semplici fatt li dawn it-toroq jkunu accessibbli ghall-pubbliku. Hemm procedura specifika kif dan ghandu jsir, u cioe` li tali obbligu jghaddi f'idejn il-Gvern, u issa l-Kunsill Lokali, wara li l-istess Gvern ikun sodisfatt li l-formazzjoni u asfaltar ta' dawk it-toroq ikun konformi mar-regolamenti ta' l-istess Dipartiment tax-Xogholijiet, u, wara li jigi sodisfatt dan ir-rekwizit permezz ta' 'inspections' il-Gvern, bi ftehim ma' l-izviluppatur, jiehu f'idejh l-obbligu tal-manutenzjoni ta' dawk it-toroq li jkunu gew hekk dikjarati sodisfacenti. Danisir permezz ta' skambju ta' korrispondenza u pjanti relativi. Minghajr dan il-ftehim it-toroq jibqghu responsabbilita` ta' l-izviluppatur tal-progett, almenu sakemm huwa jissodisfa r-rekwiziti kontemplati fl-Artikolu 20(9)(i) tal-Ligijiet tal-Pulizija (Kap 10).




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info