Referenza: 754/2003

Dettalji tas-Sentenza


Data
14/02/2005
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
FARRUGIA SACCO LINO
Partijiet
BORG GEORGINA vs CASSAR ERROL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DEZERZJONI, APPLIKAZZJONI GHALL-PROCEDURI MIBDIJA B`CITAZZJONI - DEZERZJONI, KAWZA GHANDHA TITQIEGHED FUQ IL-LISTA TAL-KAWZI SOSPIZI SABIEX EVENTWALMENT ISSEHH ID-DEZERZJONI
Fil-Qosor
Il-procedura tad-deserzjoni tapplika wkoll ghall-procedura bic-citazzjoni;

L-istitut tad-dezerzjoni huwa mahsub biex jippenalizza lil dak l-attur (jew appellant) li ma jkunx qieghed imexxi bil-ghaqal il-procedura mibdija minnu;

Peress li citazzjoni ma tistax tigi notifikata lill-imharrek qabel ma tkun inharget b'ordni mill-Qorti, l-attur ma jistax jigi kastigat ghaz-zmien li jkun ghadda bejn meta jkun ressaq l-Att tac-Citazzjoni u meta dan ikun inhareg b'ordni tal-Qorti u jkun iffissat il-jum tal-ewwel smiegh;

Ghalhekk it-terminu msemmi ta' sitt xhur ma jiddekorrix kif tispecifika l-ligi fl-artikolu gart 963(2) mill-prezentata tac-citazzjonih izda minn meta tohrog l-ordni li bih il-kawza tinghata jum ghall-ewwel smigh u jinhareg l-avviz ta' dik id-data;

L-artikolu 963(5)(a) tal-Kap 12 jsemmi li meta kawza tkun quddiem qorti ta' l-ewwel grad, din ghandha titqies bhala kawza li tkun tqedghet fuq il-lista tal-kawzi ghas-smigh u li sussegwentement tkun thallietghal data mhux specifikata u ghandhom japplikaw ghaliha l-artikoli 964 sa 967

L-artikolu 964jsemmi li kull kawza li jkun hemm f'qorti ta' gurisdizzjoni civili differita sine die jew sospiza ghandha titqies dezerta sakemm ma tigix appuntata mill-gdid mill-qorti fiz-zmien perentorju ta' sittxhur minn meta tkun hekk giet differita jew sospiza jew prezentat fil-qorti rikors, f'dak il-perijodu, biex tigi appuntata mill-gdid;

Bl-emenda tal-Att XXXI.2002.188 Il-Lista tal-kawzi sospizifil-qorti spiccat b'mod li l-bazi tas-sentenzi li kienu jorbtu d-dezerzjoni mal-pubblikazzjoni ta' kawza fuq din il-lista m'ghadiex aktar applikabbli.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni