Reference: 544/2003/1

Judgement Details


Date
09/02/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
PSAILA AUSTIN vs SLABICK LOTHER
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
PRESKRIZZJONI, INTERRUZZJONI TA` - ONERU TAL-PROVA - PRESKRIZZJONI, INTERRUZZJONI TA` - RIKONOXXIMENT TAD-DEJN - PRESKRIZZJONI, KIF TISTA` TIGI RESPINTA - PRESKRIZZJONI, LIEMA ATTI JAMMONTAW GHAL RINUNZJA JEW INTERRUZZJONI TAL-PRESKRIZZJONI
Summary
Huwa pacifiku illi meta tigi sollevata l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni l-attur-kreditur ghandu ghad-disposizzjoni tieghu diversi ghazliet possibbli biex jikkombattiha. Ad exemplum:

(1) L-inapplikabilita` ghal meritu tal-kaz tal-preskrizzjoni specifika.

Minkejja li l-preskrizzjoni ta'sentejn taht l-Artikolu 2153 ma tapplikax ghal danni kontrattwali, jekk dan il-punt ma jigix sollevat il-Qorti ma tistax, lanqas jekk trid, tissupplixxi ghan-nuqqas ta' difiza adegwata ta' xi parti.Dan anke ghliex, f' materja ta' preskrizzjoni, il-Qorti ma tistax marte proprio tindahal fid-difizatal-parti u tissuggerixxi x' messha kienet il-preskrizzjoni applikabbli ghall-fattispeci tal-kaz;

(2) is-sospensjoni;

(3) l-interruzzjoni, jew billi l-attur jiddemostra dan permezz ta'xi att gudizzjarju (Artikolu 2128, Kodici Civili) jew billi juri ghas-sodisfazzjoni tal-Qorti illi b'certa attitudni tieghu l-konvenut debitur qieghed lilu nnifsu f' sitwazzjoni li jirrendi inkompatibbli l-posizzjoni guridika tieghu mal-presunzjoni kostitwenti l-bazi tal-preskrizzjoni. F' dan il-kuntest huma annoverati s-sitwazzjonijiet prevvisti mil-Artikoli 2133 u 2134 tal-Kodici Civili;

Issa r-rikonoxximent stabbilit mill-precitat Artikolu 2133 jestrinsika ruhu jew permezz ta' xi dikjarazzjoni esplicita jew bi kwalsiasi fatt iehor li jimplika l-ammissjoni ta' l-ezistenza tad-dritt.Ad exemplum, il-weghda tal-hlas, talba ghad-dilazzjoni tal-pagament, il-hlas akkont (Artikolu 2134), l-annotazzjoni tad-debitu f' denunzja tas-successjoni jew f' forma ta' entrata fl-accounts;

Jinsab precizat ukoll, kemm fi-duttrina legali, kif ukoll fil-gurisprudenza, illi dan ir-rikonoxximent tad-dritt ghal fini ta' l-interuzzjoni tal-preskrizzjoni hu konfigurabbli fir-rekwiziti tal-volontarjeta`, tal-konsapevolezza, ta' l-inekwivocita`, dejjem b' mod esterjorizzat. Rekwiziti dawn lihu necessarju li jikkoezistu flimkien fl-istess att;

Jibqa' dejjem imperattiv illi l-prova dwar dawn l-istess rekwiziti trid issir mill-attur billi huwa dan li jkun qed jikkontrasta l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni tal-kontroparti. Zgur li mhux mistenni li din il-prova ssir mill-Qorti jew mit-Tribunal li, anzi, ghandu l-kompitu li jiddeciedi "iuxta allegata et probata". Tajjeb li hawn jigimfakkar illi, kif drabi ohra deciz, "jekk dwar din l-interruzzjoni hemm konflitt ta' provi, allura l-konsegwenza m' hijiex li ghandha tigi michuda l-preskrizzjoni, imma dik kuntrarja, li ghandha tigiakkolta, peress li l-posizzjoni guridika tkun li mentri jkun fatt li ghadda t-terminu tal-preskrizzjoni, jkun ugwalment fatt illi l-attur ma ssodisfax lill-Qorti li kien hemm interruzzjoni." Ghaldaqstant dak li hu mportanti hu li r-rikonoxximent allegat mill-attur ikun car u esplicitu.

L-accertament ta' l-ezistenza, jew le, ta' atti validament interruttivi tal-preskrizzjoni eccepita, jikkostitwixxi indagini ta' fatt rizervat ghall-apprezzament tat-tribunal adit.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info