Referenza: 419/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/01/2005
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
XUEREB PAWLINA vs AWTORITA TAL-IPPJANAR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, APPELL FUQ IL-BAZI TA` AGIR ULTRA VIRES - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, DECIZJONIJIET TAL-BORD IRIDU JKUNU BEN MOTIVATI - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, POTERI TAL-BORD FL-GHOTI TA` DECIZJONI - IMPOSIZZJONI TA` MULTA - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, POTERI TAL-BORD FL-GHOTI TA` DECIZJONI - KONDIZZJONIJIET MHUX GUSTIFIKATI
Fil-Qosor
Meta jirrizulta li l-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar fid-decizjoni tieghu jkun agixxa ultra vires,allura f'dan il-kaz ikun jista' jsir appell validu quddiem il-Qorti ta' l-Appell minn tali decizjoni. Gie wkoll deciz li huwa obbligu tal-Bord li jaghmel il-motivazzjonijiet tieghu fid-decizjonijiettieghu. Dan ghaliex il-legislatur ikkonferixxa fuq il-Bord diskrezzjoni wiesa' hafna u taht is-Saltna tad-Dritt ("rule of law") meta tinghata diskrezzjoni bhal din, huwa xieraq li l-ezercizzju ta' tali diskrezzjoni jkun imwiezen mhux mill-arbitarjeta` izda mill-motivi li jaghtu sodisfazzjoni lil dak li jkun ghaliex id-diskrezzjoni giet ezercitata f'dak is-sens u mhux f'sens iehor.

Il-Bordghandu legalment is-setgha li jimponi kundizzjoni li tithallas multa meta jidhirlu li ghandu jissanzjona xi binja li tkun giet kostruwita minghajr permess. Din il-mizura taghti certa flessibilita` lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar biex tikkonferixxi legalita` fuq bini li inbena illegalment u din il-Qorti ma ssib xejn hazin jew anti-guridiku li din il-flessibilita` tigi adoperata wkoll mill-Bord biexhuwa jaghmel gustizzja fil-kazijiet kongruwi.

Il-Qorti irriteniet izda li kondizzjoni li parti minn bini jitwaqqa flok tigi sanzjonata kienet wahda arbitrarja u mhux sorretta minn xi motivazzjoni gustifikattiva.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni