Referenza: 264/2004

Dettalji tas-Sentenza


Data
21/12/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
VALENZIA GEOFFREY
Partijiet
S.N. PROPERTIES LIMITED ET vs FALZON SANT MANDUCA ALFRED ET
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ATTI GUDIZZJARJI, KOPJI IRREGOLARI - KONVENJU, MHUX MEHTIEG LI L-ITTRA UFFICJALI MIBGHUTA AI TERMINI TAL-ARTIKOLU 1357(2) TAL-KAP. 16 TIGI NOTIFIKATA - KONVENJU, NON KONFORMITA` TA` KOPJA TA` L-ITTRA UFFICJALI MIBGHUTA AI TERMINI TAL-ARTIKOLU 1357(2) TAL-KAP. 16 MA` L-ORIGINAL MA TWASSALX GHAN-NULLITA` TA` L-ORIGINAL
Fil-Qosor
Huwa veru li l-iskritturi ghandhom ikunu ffirmati mill-Avukati u mill-prokuraturi legali, meta jkunhemm, imma dan jirriferixxi ghall-original. Jekk il-konsimili notifikata lill interpellat ma jkunx fiha l-firma tal-avukat, dan in-nuqqas ma jgibx in-nullita' ta' dik l-ittra ufficjali. F'dak il-kaz kien hemm nuqqas ta' firma fuq il-kopja mentri fil-kaz odjern il-kopja ta' ittra ufficjali mibghuta sabiex issejjah lill-konvenuti jersqu ghal kuntratt in ezekuzzjoni ta' konvenju ma hargitx ghall kollox. Il-ligi tikkontempla biss in-nullita ta' l-atti gudizzjarji u mhux tal-kopji ta' dawk l-atti. Kopja tista' tkun konformi jew mhux konformi ma' l-original. Tista' tkun kopja awtentikata jew informi. Imma l-kwalifika ta' nullita', f'kuntest guridiku, ma tezistix. Il-ligi difatti titkellem biss fuqkopji regolari jew irregolari.

Fl-istat tal-ligi kif inhi llum hu bizzejjed illi jigi prezentat l-att gudizzjarju qabel jiskadi t-terminu tal-konvenju u dana biex l-accettant isejjah lil dak li wieghed biex jersaq skond il-weghda ghall-pubblikazzjoni ta' l-att u biex jafferma l-intenzjoni tieghu li jipprocedi ulterjorment skond is-subinciz (2) ta' l-artikolu 1257. La darba l-ligi ma tesigix li tali att ikun notifikat lill-parti imma tesigi biss li entro z-zmien qasir ta' tletin jum, danl-att gudizzjarju jigi segwit bl-att tac-citazzjoni sabiex titwettaq il-weghda, din il-Qorti ma tqisx illi tista taccetta li kien hemm telfien tal-jeddijiet naxxenti mill-weghda ta' bejgh, bin-nuqqasta' notifikata ta' l-istess atti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni