Reference: 53/2001/1

Judgement Details


Date
12/01/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BORG PETER vs BUSUTTIL EMANUEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, AZZJONI GHAS-SMIEGH GDID TAR-RIKORS QUDDIEM IL-BORD LI JIRREGOLA L-KERA FIL-KAZ TA` SENTENZA LI TKUN ITTIEHDET FUQ DIKJARAZZJONI FALZA
Summary
L-Artikolu 42 tal-Kapitolu 69 jipprovdi dan:

"Jekk jinsab li wahda mill-partijiet hadet decizjoni favorevoli mill-Bord minhabba dikjarazzjoni falza maghmula minnha, il-parti kuntrarja tista' tiaghmel talba lill-Bord (sottolinear tal-Qorti) ghas-smigh mill-gdid tar-rikors u tista' wkoll tagixxi quddiem il-qorti kompetenti ghad-danni u ghall-hlas tal-penali ta' mhux izjed minn mitejn lira, kif tigi stabbilita mill-qorti.";

Fil-kaz prospettat taht l-Artikolu 42 (Kapitolu 69) meta l-parti tadopera r-rimedju taht l-Artikolu 42 "f' dak il-kaz ikun lecitu ghall-parti l-ohra li japplikalill-Bord ghal smigh mill-gdid apparti d-dritt tieghu li jagixxi quddiem il-Qorti kompetenti ghal risarciment tad-danni u hlas ta' penali";

Issa m' ghandux ikun dubitat illi r-rimedju prospettat taht l-Artikolu 42 tal-ligi specjali huwa kontraddistint mir-rimedji tar-ritrattazzjoni prevvistifil-ligi procedurali (kapitolu 12). Huwa rimedju li l-legislatur donnu akkorda specifikament ghal kaz fejn ikun jidher li xi wahda mill-partijiet tkun ottjeniet decizjoni favorevoli mill-Bord bhala konsegwenza ta' xi dikjarazzjoni falza minnha. Sa fejn jirrizulta dan jidher li kien l-uniku rimedju akkonsentit mil-legislatur taht il-Kapitolu 69.

Kienet biss l-interpretazzjoni tal-Qrati liestendiet ghall-Bord ukoll ir-rimedji tar-ritrattazzjoni kontemplati fl-Artikolu 811 tal-Kodici ta'Procedura.

Dan premess, issa huwa vera illi meta t-talba ghal smigh mill-gdid ta' kawza tkunbazata fuq xi wiehed mill-motivi stipulati fl-Artikolu 811 tal-Kapitolu 12, talba bhal din ghandhassir quddiem il-qorti li tkun tat is-sentenza attakkata (Artikolu 814) i.e. il-Qorti tal-prim' istanza jew tat-tieni istanza skond il-kaz.

F'dan il-kaz pero` l-motiv additat ma huwiex wiehed mir-ragunijiet elenkati fl-imsemmi Artikolu 811 izda arginat fit-termini tal-motiv dedott fl-Artikolu42 tal-Kapitolu 69. Dan ma jistax jitqies xi motiv agguntiv ma' dawk l-ohra taht il-Kapitolu 12, b' mod li allura jigi rez applikabbli ghalih id-disposizzjonijiet l-ohra tat-Titolu IV - Fuq ir-Ritrattazzjoni, kompriz allura illi l-kawza tigi ritrattata mill-qorti fi grad ta' appell jekk tkun din il-Qorti li tkun ippronunzjat ruhha l-ahhar. L-Artikolu 42 hu rimedju specjali stabbilit minn ligi specjali u, kif gja osservat, kontraddistint mir-rimedji l-ohra taht il-ligi procedurali ordinarja;

Il-Bord ma setax allura jinterpreta l-Artikolu 42 tal-Kapitolu 69 skond il-kriterji tal-Kapitolu 12 izda kellu invece joqghod ghat-test univoku tieghu fejn hu kjarament dispost illi talba taht dak l-artikolu kellha ssir lill-Bord li Jirregola l-Kera anki fejn is-sentenza attakkata tkun giet deciza mill-Qorti ta' l-Appell.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info