Referenza: 217/2004

Dettalji tas-Sentenza


Data
06/01/2005
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
GALEA DEBONO JOSEPH
Partijiet
IL-PULIZIJA vs SPAGNOL MARIO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
PIENA, DISPARITA` FIL-PIENA INFLITTA LIL KO-AKKUZATI - PIENA, PLEA BARGAINING
Fil-Qosor
Il-kuncett ta' patteggjament dwar il-piena, sia pure' seta' kien fil-prattika dejjem adoperat b' mod informali kemm fil-Qrati tal-Magistrati bhala Qrati ta' Gudikatura Kriminali, kif ukoll quddiem il-Qorti Kriminali, ddahhal ghall-ewwel darba b' forma istituzzjonalizzata fil-ligi penali taghna bl-artikolu gdid 453A, introdott bl-Att III tas-sena 2002 u emendat bl-Att XIII tas-sena 2002. Dan l-artikolu jifforma parti mit-Taqsim I tat-Tieni Ktieb, Titolu IV, : "Fuq il-Qorti Kriminali". Bhala rizultat ta' dan l-artikolu gdid b' effett minn Ottubru, 2003, sar possibbli li, qabel mal-akkuzat iwiegeb ghall-mistoqsija jekk hux hati jew mhux hati quddiem il-Qorti Kriminali, l-akkuzat u l-Avukat Generali jitolbu lil dik il-Qorti li, fil-kaz ta' ammissjoni, tapplika sanzjoni jew mizura jew kombinazzjoni ta' sanzjonjiet jew mizuri tax-xorta u l-kwantita' miftehma bejnithom. Jekk il-Qorti Kriminali tkun sodisfatta li s-sanzjoni jew mizura jew sanzjonijiet jew mizuri mitluba jkunu tali li jkunlegittimu illi hija timponi mas-sejbien ta' htija ghar-reat jew reati li dwaru jew dwarhom l-akkuzat ikun ammetta l-htija u ma jkollhiex ghaliex tordna li jsir il-guri tal-kaz jew ghal xi raguni ohratichad it-talba, wara li tispjega lill-akkuzat bi kliem car x' ikunu l-konsegwenzi tat-talba tieghu, l-Qorti Kriminali, meta ssir l-ammissjoni ta' htija ta' l-akkuzat, tghaddi biex taghti s-sentenzalilha indikata mill-partijiet. Umbaghad tiddikjara fid-decizjoni taghha li s-sentenza li tkun qeghdha tinghata tkun qeghda hekk tigi moghtija fuq talba tal-partijiet.

Fil-prattika kemm ilha lidahlet in vigore din id-dispozizzjoni gdida, l-Qorti Kriminali qed tirrikjedi li t-talba ssir bil-miktub permezz ta' rikors jew nota kemm jista' jkun minn qabel u possibilment qabel id-data appuntataghas-smiegh tal-kawza w li kull diskussjoni dwar it-talba issir "in open court", biex titnehha kullombra ta' suspett li l-affarijiet mhux qed isiru fid-deher u kif suppost u biex jigi eliminat kull suspett t' abbuz possibbli li wiehed facilment jista' jimmagina li jista' jigi eskogitat mill-partijiet involuti, jew xi hadd minnhom. Hu mahsub li fejn il-Qorti Kriminali ma tkunx taqbel mas-sanzjonijew mizura miftehma, li ukoll "in open court" tiddikjara li, f' dak l-istadju, l-Qorti ma tistax taderixxi ghat-talba.

L-artikolu 392A (5) gdid umbaghad jestendi l-applikazzjoni tal-artikolu453A fuq imsemmi ghall-proceduri quddiem il-Qorti tal-Magistrati bhala Qorti Istrutorja qabel ma l-akkuzat iwiegeb ghall-mistoqsija hux hati jew mhux hati, pero' f' dan il-kaz irid jidher l-Avukat Generali quddiem dik il-Qorti w n-nota ssir mill-Avukat Generali w mill-imputat flimkien u li jkun fihal-ftehim milhuq kif provdut fl-artikolu 453A tkun bizzejjed ghal dan il-ghan.

Illi fl-assenza ta' dispozizzjoni "ad hoc" li tkun tapplika ghall-Qrati ohra ta' gudikatura kriminali, ma jidhirx li dan l-istitut japplikja ghalihom ukoll. Ghalhekk, ghalkemm mhux eskluz li anki quddiem dawn il-Qrati il-Prosekuzzjoni w d-difiza jistghu jkunu konkordi fuq sanzjoni jew mizura li ghandha tigi applikata f' kaz ta' ammissjoni ta' htija, dan ikun irid jingieb ghall-attenzjoni ta' dik il-Qorti, kifghandha tingieb kull sottomissjoni quddiem Qorti u cioe' jew bil-fomm waqt l-udjenza "in open court" jew per mezz ta' xi att gudizzjarju bhal nota konguntiva jew rikors konguntiv tal-partijiet, debitament ipprezentat fir-registru skond kif titlob il-ligi jew seduta stante.

Isegwi mill-fatt li l-fehma tal-partijiet dwar il-piena ghandha tingieb jew fl-udjenza "in open court" jew permezz ta'att gudizzjarju konguntiv, li l-gudikant ma ghandu qatt jiddiskuti mad-difensur ta' parti jew ohra,jew mad-difensuri taz-zewg partijiet, kameralment il-piena li tkun qed tintalab jew li dwarha l-partijiet ikun qed jippatteggjaw jew jippruvaw jippattegjaw. Fis-sistema taghna, kemm qabel ma l-patteggjament gie istituzzjonalizzat kif aktar 'l fuq inghad, kif ukoll illum, il-gudkant ma jiehu ebda parti f'tali patteggjament hlief li, fit-termini tal-Artikolu 453A imsemmi, jiddikjara fil-qorti bil-miftugh jekk jaqbilx mas-sanzjoni jew mizura jew kombinazzjoni taghhom li jkunu qed jigu proposti mill-partijiet. U b'mod partikolari fejn ma japplikax formalment l-Artikolu 453A - jigifieri quddiem il-Qorti tal-Magistrati bhala Qorti ta' Gudikatura Kriminali - jekk isiru xi sottomissjonijiet minn parti jew ohra (dejjem fil-qorti bil-miftugh) dwar il-piena minhabba possibilita` ta' ammissjoni, l-gudikant ma ghandu qatt jindika x'sentenza jkollu f'mohhu li jaghti f'kaz li jkun hemm ammissjoni, salv ghal eccezzjoni wahda, u cioe` li gudikant jista' jindika li sia jekk ikun hemm ammissjoni w sia jekk le, s-sentenza fi kwalunkwe kaz ser tiehu forma partikolari (per ez. piena karcerarja, jew probation jew conditional discharge).

Kull partenza minn dawn il-linji gwida trasparenti fuq indikati jista' johloq komplikazzjonijiet ghad-debita amministrazzjoni tal-gustizzja w jirriskja li johloq dubji, konflitti, suspetti t' abbuzi jew addirittura abbuzi. Ghalhekk zgur li mhu xejn rakkomandabbli li jsiru inkontri "in camera" bejn xi parti jew iz-zewg partijiet u l-gudikant bil-ghan li jsirupatteggjamenti dwar il-piena.

Altrimenti, peress li ma jkun hemm ebda "record" preciz ta' dak li jkun intqal jew ma ntqalx, dak li jkun gie miftiehem jew sottintiz jew forsi fra-intiz, tinholoq problema biex wiehed jistabilixxi ezatt x' ikun intqal, gie miftiehem jew mahsub li gie miftiehem. U peress li "quod non est in actis, non est in mundo", qorti ta' revizjoni rinfaccata b' kwistjonidwar xi intendiment o meno li seta' ntlahaq jew ma ntlahaqx tkun priva mill-fatti certi li fuqhom tista' tigi msejjha biex tiddeciedi.

Ghalhekk, fil-fehma ta' din il-Qorti, kull trattattiva dwar il-piena quddiem il-Qrati l-ohra ta' gurisdizzjoni kriminali li mhumiex il-Qorti Kriminali jew il-Qorti tal-Magistrati bhala Qorti Istruttorja, trid issir jew in open court u/jew permezz ta' attigudizzjarji registrati u meta ma jsirx dan, ebda parti ma ghandha mbaghad tilmenta minn xi sorprizajew addirittura minn xi ngustizzja quddiem Qorti ta' revizjoni.

Jista' jkun hemm bazi ghal appell meta ma jkunx hemm proporzjonalita` fil-piena inflitta fuq wiehed miz-zewg ko-akkuzati u ma jkun hemm ebda gustifikazzjoni ghal tali differenza. Jista' jkun hemm konsiderazzjonijiet li jistghu jiggustifikaw tali disparita` ez. attivazzjoni ta' sentenza sospiza fil-konfront tal-ko-akkuzat.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni