Reference: 8/2004/1

Judgement Details


Date
16/12/2004
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
I.T.C. LTD vs AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 181 B (2) TAL KAP 2 - ARTIKOLU 39 TAL KOSTITUZZJONI TA MALTA - ARTIKOLU 6 TAL KONVENZJONI TAD DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL BNIEDEM - BORD TAL APPELL DWAR KUNTRATTI PUBBLICI - L AVUKAT GENERALI; RAPREZENTANT TAL GVERN - QORTI KOSTITUZZJONALI; SETGHA - SMIGH XIERAQ
Summary
B'din l-azzjoni, l-kumpannija rikorrenti qeghda tghid li l-intimati kisrulha l-jedd fondamentali ta'smigh xieraq fi proceduri ta' appell li saru wara li saret sejha ghal offerti ghall-pubbliku dwar attivita' ta' celebrazzjonijiet fl-okkazjoni tas-shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja. Il-kumpannijarikorrenti kienet tefghet offerta, izda l-ghazla marret fuq organizzazzjoni ohra li kkonkorriet ukoll. Il-kumpannija rikorrenti ressqet avviz ta' oggezzjoni dwar l-ghazla li saret u nzammet laqgha mill-Bord tal-Appell dwar il-Kuntratti Pubblici biex jigi trattat l-appell taghha. Il-kumpannija rikorrenti tghid li r-rapport tal-Bord tal-Ghazla li bis-sahha tieghu kienu gew mistharrga l-offerti mressqa ma kienx thalla jitressaq mill-Bord tal-Appell imsemmi hlief ghal xi siltiet minnu. Minhabba f'hekk, l-kumpannija rikorrenti tghid li ma kellhiex smigh xieraq fid-determinazzjoni ta' dritt taghhadwar il-gara ghall-appalt tal-imsemmija celebrazzjonijiet.

F'din il-kawza, ix-xilja tal-kumpannija rikorrenti tirrigwarda ghamil jew agir tal-Bord intimat, imma l-Artikolu 181B (2) tal-Kap 12jghid li jrid ikun l-Avukat Generali li jirrapprezenta lill-Gvern f'dawk l-azzjonijiet gudizzjarji li minhabba n-natura taghhom ma jkunux jistghu jigu diretti kontra wiehed jew aktar mill-kapijiet tad-dipartimenti l-ohra tal-Gvern. Matul iz-zmien gie stabilit li meta jitressqu azzjonijiet li jallegaw ksur ta' dritt fondamentali mwettaq minn xi qorti jew tribunal, maghdud maghhom tribunal amministrattiv, huwa sewwasew l-Avukat Generali l-persuna li jirrapprezenta tali enti gudizzjarju, u dan minkejja li la kien hu personalment l-awtur tal-allegat ksur u wkoll lanqas se' jkun hu li jaghmel tajjeb ghar-rimedju li l-parti rikorrenti tinghata f'kaz li jirrizulta li tassew kien sehh ksur ta' jeddfondamentali taghha.

Il-Bord intimat huwa kostitwit bis-sahha ta' ligi u l-istess ligi taghmilha cara li d-decizjonijiet jew rakkomandazzjonijiet li jaghmel ikunu kolleggjali u jorbtu dwar il-gara tal-appalt li jkun, ukoll jekk ma jkunux unanimi. Minn dan, il-Qorti tasal ghall-fehma li ma kien qatt mahsub li, dwar l-ghamil tieghu, il-Bord intimat ma kienx mizmum li jwiegeb kollettivament ghal xi ilment, biex minfloku jitharrku l-komponenti individwali tieghu.

Is-setgha ta' din il-Qorti Kostituzzjonali fil-kompetenza kostituzzjonali taghha li tistharreg ilmenti ta' allegat ksur ta' jeddijiet fondamentali mharsa mill-Kostituzzjoni jew mill-Konvenzjoni testendi wkoll sahansitra fl-operat ta' Qrati ohrajn u kif ukoll ta' Tribunali mahtura bis-sahha ta' xi ligi, u kif ukoll ta' Kummissjonijiet imwaqqfin bis-sahha ta' dispozizzjonijiet tal-Kostituzzjoni nnifisha. Ma nghatat l-ebda raguni tajba ghaliex il-Bord intimat ghandu jinghata trattament preferenzjali jew differenti f'dan il-kaz.

L-artikolu 39(2) tal-Kostituzzjoni huwa maghmul minn zewg principji: l-ewwel irid li qorti jew awtorita' ohra b'setgha li tiddeciedi dwar l-ezistenza jew l-estent ta' dritt jew obbligu civili ghandha tkun indipendenti u ma xxaqleb lejn l-ebda naha (imparzjali); it-tieni jrid lipersuna li tersaq quddiem qorti jew awtorita' bhal dik ikollha smigh xieraq fi zmien ragonevoli. Min-naha l-ohra, l-artikolu 6(1) tal-ECHR jrid li fid-decizjoni tad-drittijiet civili u l-obbligi taghha, kull persuna ghandha jedd ghal smigh imparzjali u pubbliku fi zmien ragonevoli minn tribunal indipendenti u imparzjali mwaqqaf b'ligi.

Ghall-finijiet tal-Kapitolu IV tal-Kostituzzjoni, wiehed jifhem li l-kelma “Qorti” tirreferi ghat-tribunali gudizzjarji mahsuba fid-dispozizzjonijiet tal-Kapitolu 12 tal-Ligijiet ta' Malta, filwaqt li “awtorita' b'setgha li tiddeciedi” tirreferi ghal kull korp gudizzjarju jew kwazi-gudizzjarju li jaf l-ezistenza tieghu bis-sahha u fit-termini ta' ligi. Jidher li, ghall-finijiet tal-artikolu 6 tal-ECHR qorti jew tribunal irid ikun igawdi gurisdizzjoni shiha li biha jista' jqis kwestjonijiet ta' fatt u wkoll ta' dritt, u li ma jkunx marbut (jew iqis ruhu marbut) minn xi korp jew persuna ohra mhix gudizzjarja fid-determinazzjoni tal-qofol tal-kwestjoni li titressaq quddiemu. Kriterju essenzjali biex japplikaw id-dispozizzjonijiet taht ezami hu li l-Qorti jew l-awtorita' li tkun, iridu jkunu imparzjali u indipendenti.

Il-Bord ma jista' bl-ebda mod jitqies bhala indipendenti, u dan billi aspetti essenzjali tal-kostituzzjoni u tat-twettiq tal-funzjonijiet tieghu jiddependu mill-Prim Ministru. Minbarra dan, id-decizjonijiet tieghu huma rakkomandazzjonijiet definittivi u ma jigux ezegwiti minnu, ghalkemm huma finali dwar il-kwestjoni tal-ghoti tal-kuntratt li jkun u jobbligaw lill-intimat Direttur tal-Kuntratti li jwettaqhom. L-ebda tigbid tal-immaginazzjoni ma jista' jwassal biex l-intimat Direttur tal-Kuntratti jitqies li huwapersuna b'fakultajiet gudizzjarji.

Meta tqum il-kwestjoni jekk il-kaz kienx jirrigwarda d-determinazzjoni ta' dritt civili wiehed irid jifli zewg fatturi: l-ewwel fattur huwa l-aspett tad-“determinazzjoni” (jigifieri d-decizjoni u l-process li jwassal ghaliha fil-qafas ta' kontestazzjoni);it-tieni jirrigwarda x'jikkostitwixxi d-dritt jew obbligu civili. Dan jinghad ghaliex l-artikolu 6jrid japplika fil-qafas ta' “kwestjoni” jew “disputa” dwar l-imsemmija drittijiet jew obbligi civiliezistenti bejn zewg individwi jew bejn individwu u l-Istat.

B'dawn id-drittijiet kien mifhum li kienet qeghda ssir riferenza ghad-dritt privat u mhux pubbliku, b'mod li l-Konvenzjoni ma kinitx meqjusa li thares lill-individwu fil-jedd ta' smigh xieraq dwar kull jedd jew obbligu li huwa jista' jqanqal taht il-ligi ta' pajjizu. Izda, f'kazijiet bejn l-individwu u l-Istat, tqies li ghamil tal-Istat li jolqot direttament il-jedd ta' proprjeta' tal-individwu jikkostitwixxi ghamil li jiddetermina dritt civili. Dan jghodd ukoll fejn l-ghamil tal-Istat jirreferi ghal tehid ta' proprjeta' jew esproprjazzjoni.

L-ilment tal-kumpannija rikorrenti ma jistax jitqies li jaqa' fl-ambitu ta' determinazzjoni ta' dritt (jew obbligu) civili taghha. Lanqas ma jista' jinghad li l-organu (f'danil-kaz il-Bord intimat) li qieghed jigi mixli bil-ksur tal-jedd taghha ghal smigh xieraq kien qortijew awtorita' ohra gudizzjarja kif iridu d-dispozizzjonijiet relattivi li jharsu dak il-jedd. Ghalhekk, il-Qorti jkollha tasal ghall-fehma li l-azzjoni tar-rikorrenti, kif formulata, ma tistax titqies misthoqqa ghaliex ma taqax fil-parametri xierqa kostitutivi li jwasslu ghal dikjarazzjoni li tassew sehh ksur tad-dritt ta' smigh xieraq tal-kumpannija rikorrenti;

Ghaldaqstant, il-Qorti tiddikjara li l-artikoli 39 tal-Kostituzzjoni u l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni, li fuqhom hija mibnija t-talba, ma japplikawx ghall-ilment imressaq mill-kumpannija rikorrenti, u ghalhekk ma ssibx li tista' tiddikjara li l-Bord intimat kiser il-jedd taghha ghal smigh xieraq u tordna lill-kumpannija rikorrenti thallas l-ispejjez tal-kawza, minbarra dawk relattivi ghall-eccezzjonijiet preliminari u dawkmarbutin mas-sentenza preliminari tal-15 ta' April, 2004, li ghandhom jithallsu mill-intimati.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info