Referenza: 128/2003

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/12/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
FARRUGIA DAVID vs SAMMUT GEORGE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANNI, MULTIPLIER - KOLLIZJONI, KIF GHANDU JSIR SORPASS - KOLLIZJONI, SORPASS - MULTIPLIER, MINN META JIBDA JINGHADD
Fil-Qosor
Manuvra ta' sorpass, wahedha, hija manuvra legittima u mhix ksur tar-regolamenti tas-sewqan, u l-fatt li min ikun qieghed jaqbez karozza ohra sejra fl-istess direzzjoni jaqbez ukoll il-linja tan-nofstat-triq jew jidhol f'karreggata ohra mhux element, fih innifsu, li jghabbi lil min jaghzel dik il-manuvra bil-htija ta' incident. Madankollu, il-manuvra tas-sorpass trid issir b'reqqa u kawtela b'mod li min jaghzel li jipprova jaqbez karozza jew vettura ohra, irid jiehu qies tal-possibilita' li l-vettura l-maqbuza tista' tibdel ir-rotta. F'kaz bhal dan, jaqa' fuq is-sewwieq tal-vettura li qeghda taqla' l-piz li jipprova li s-sewwieq tal-vettura l-maqbuza kien negligenti fil-mod kif bidel ir-rotta;

Ir-regolament 74 tal-Highway Code jipprovdi li m'ghandu jsir l-ebda sorpass fejn triq tiltaqa' ma' ohra jew f'salib it-toroq. Il-habta mertu ta' din il-kawza sehhet sewwasew f'medda ta' triq li tghaqqad toroq li jaghtu ghal direzzjonijiet differenti;

Jibqa' dejjem jipprevali l-principju li, fejn hemm dubju, wiehed m'ghandux jaqbez vettura ohra jekk ma jkunx cert li jista' jaghmel dik il-manuvra bla hsara ghalih innifsu u ghal haddiehor;

Huwa stabilit li l-multiplier ghandu jibda jitqies minn dak inhar li sehh l-incident li fih il-vittma tkun garrbet il-griehi, u mhuxminn dak inhar li l-Qorti tasal ghal-likwidazzjoni tas-somma li ghandha tithallas bhala danni. Minbarra dan, il-bixra ta' hsieb wara sentenzi ta' dawn l-ahhar snin f'dan il-qasam qeghda xxaqleb lejn it-tnehhija ta' skemi rigidi li jistghu jfixklu l-ghoti ta' kumpens misthoqq u xieraq ghac-cirkostanzi. Wahda minn dawn l-izviluppi hija sewwasew fil-massimu tal-multiplier, fejn ghal numru kbir ta' snin ma tqiesx li seta' jaqbez l-ghoxrin (20). Ghar-ragunijiet li l-Qorti ghandha tfittex qabel kull haga ohra li tirreintegra kemm jista' jkun lil dak li jkun garrab hsara, u li terga' tqieghed lil tali persuna kemm jista' jkun fl-istat li kienet qabel l-incident, illum huwa accettat u approvat mill-oghla Qrati taghna li l-multiplier ikun jaqbel sewwa mal-eta' tal-vittma u mhux ma' kriterjiarbitrarji;




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni