Referenza: 1006/1998/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
02/12/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
CUSCHIERI EMMANUEL ET vs MIFSUD MICHAEL ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
IUS RETENSIONIS, ELEMENTI TA` - KONVENJU, IUS RETENSIONIS - KONVENJU, KONSEGWENZI TA` NON KONFORMITA` MAL-ART. 1357(2) TAL-KAP. 16
Fil-Qosor
Meta konvenju jiskadi l-partijiet jiqieghdu fl-istat quo ante. Ghalhekk id-depozitu mhallas akkont tal-prezz mill-kompratur ikun irid jintradd lura lilu u jekk il-venditur ikun ittolera lix-xerrej lijokkupa l-fond mertu tal-konvenju ghal xi zmien fil-mori tal-istess konvenju, ix-xerrej ma jkunx jista' jinvoka xi forma ta' titolu sabiex ma jizgombrax il-fond. Dan japplika anki fejn il-venditur majkunx radd lura d-depozitu mhallas akkont tal-prezz.

Il-jus retentionis gie mfisser bhala "lafacolta' attribuita al detentore di una cosa contro tutti, di ritenerla fino a quando gli sia statocompletamente pagato il dovuto";

Il-ligi taghna taghti gharfien limitat f'dan ir-rigward: madankollu torbot il-jedd taz-zamma tal-haga mal-ezistenza ta' jedd moghti mil-ligi. Fi kliem iehor,mhux kull min jemmen li ghandu jedd jitnissel favurih il-ius retentionis: tali jedd irid ikun moghti lilu espressament mil-ligi. Dan ghaliex id-dritt taz-zamma huwa meqjus bhala forma ta' auto tutelau legittima difiza permessa biss fil-kazijiet espressament previsti, li fihom il-legislatur deherlu, ghaliex ragunijiet specjali ikunu jiggustifikaw il-protezzjoni tal-kreditur, li jidderoga ghall-principju li l-ordinament guridiku ma jippermettix lil dak li jkun li jottjeni gustizzja b'idejh.

Madankollu, ghalkemm il-jus retentionis huwa meqjus bhala istitut ta' ghamla eccezzjonali li jorbot biss fejn il-ligi espressament tistabilih, mhux kulhadd jilqa' l-fehma li d-dritt taz-zamma ma jistax japplika ghal kazijiet ohrajn li jhaddnu l-istess kundizzjonijiet essenzjali bhal dawk espressament imsemmija mil-ligi. Dan japplika wkoll fejn ikun hemm rabta bejn il-haga mizmuma u l-kreditu tal-presuna li tippretendi li tista' tibqa' zzomm dik il-haga. Jidher li l-fehma hija li fil-ligi taghna minkejja li d-dritt ta' ritenzjoni m'huwiex minnu nnifsu jedd ta' privilegg jew kawza ta' prelazzjoni, l-istess kawzi ta' preferenza ma jnaqqsu xejn mis-sahha ta' tali jedd fejn japplika. Jidherghalhekk li, fejn il-ius retentionis japplika, dan jista' jigi oppost kontra t-terzi persuni li jkollhom interess fil-haga mizmuma u mhux biss kontra d-debitur li minghandu l-haga ghaddiet ghand il-kreditur;

Gie stabilit ukoll li l-pussess tal-haga li fuqha l-"kreditur" jista' jippretendi l-jedd tar-ritenzjoni irid li jkun "pussess veru u proprju fis-sens legali", li jrid ikun dak fejn persuna zzomm il-haga bhala taghha innifisha u mhux fl-isem ta' min tahielu bil-fehma li jroddha lura.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni