Referenza: 83/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
01/12/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
VELLA CALCIDONIO ET vs GAUCI MICHAEL ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LOKAZZJONI, BDIL TA` DESTINAZZJONI - AKKWIEXXENZA TAS-SID - LOKAZZJONI, DESTINAZZJONI TA` FOND HIJA DETERMINATA MILL-FTEHIM BEJN IL-PARTIJIET U MHUX MILL-AGIR UNILATERALI TA` WIEHED MINNHOM - LOKAZZJONI, INAZZJONI DA PARTI TA` SID IL-KERA LI JKUN JAF LI SAR TIBDIL FL-UZU TAL-FOND - LOKAZZJONI, NON USO - AKKWIEXXENZA TAS-SID - LOKAZZJONI, NON USO - RICEZZJONI TAL-KERA DA PARTI TAS-SID
Fil-Qosor
Wiehed jista' jiprospetta atteggjament ta' sid li jikkonsentixxi jew jakkweixxi, ukoll tacitament, ghat-tibdil tad-destinazzjoni tal-fond minn uzu determinat fil-ftehim ta' lokazzjoni ghal iehor determinat bl-agir, anke unilaterali ta' l-inkwilin. Mhux l-istess jista' jigi prospettat fil-kaz pero`li l-inkwilin ikun irrinunzja ghall-uzu tal-fond jew abbandunah kompletament, ghaliex hu ghal kolloxinverosimili li s-sid jikkonsentixxi jew jakkweixxi ghall-hsara li inevitabilment tigri fil-fond mikri bhala konsegwenza ta' din l-inattivita`.

Jekk sid ikun jaf li l-inkwilin ikun qed jaghmeluzu xort' ohra mill-fond u ma pprotestax jew ma sabx oggezzjoni ghal dan l-uzu, jigi li ta l-kunsens tieghu tacitament ghal dak l-uzu, u ma jistax jallega kontra l-inkwilin uzu divers minn dak li ghalih il-fond originarjament kien mikri.

L-inazzjoni tieghu, imbaghad, ghal tul ta' zmien, bil-konsapevolezza tat-tibdil li kien sar fl-uzu tal-fond tikkostitwixxi akkwiexxenza jew ghall-anqas tolleranza.

Huwa veru li jista' jkun hemm kazijiet li fihom ix-xjenza u l-pazjenza tal-lokaturma tfisserx ratifika u adezjoni; izda meta l-mutament ikun parzjali u mhux abbuziv, u s-sid ikun akkonsenta ghal dak il-kambjament b' atti li huma inkonciljabbli ma' kull idea ta' opposizzjoni, allurajkun il-kaz li jigi ritenut li kien hemm adezjoni tacita tal-lokatur.

Fost dawn l-atti jew atteggjament tas-sid lokatur jista' validament jittiehed in konsiderazzjoni l-fatt tar-recezzjoni tal-kera in kwantu din certament tikkostitwixxi dik l-adezjoni tacita tal-kambjament li sar. Hu biss fil-kaz ta' non-uzu illi r-recezzjoni tal-kera ma taghmelx differenza.

Huwa pacifiku illi jaghmel uzu divers min ma juzax il-fond skond id-destinazzjoni tieghu. B' danakollu l-principju mhux assolut u ma joperax awtomatikament izda f' kull kaz ghandhom jitqiesu c-cirkostanzi tieghu.

Ghandha ssir distinzjoni bejn l-uzu jew destinazzjoni tal-fond stipulati kontrattwalment, sia pure bi ftehim tacitu, u l-uzu jew destinazzjoni skond l-interess jew intenzjoni unilaterali ta' l-inkwlin.Sakemm iz-zewg kontraenti ma jkunux ftehmu fuq id-destinazzjoni ta' l-uzu tal-fond b' mod li jistabbilixxu destinazzjoni esklussiva ghall-finijiet tal-kirja u c-cirkostanzi ma jkunx juru b'mod univokuli l-uzu kellu jkun ghal xi destinazzjoni partikolari ma jistax jinghad illi l-inkwilin ikun marbutli juza l-fond ghal skop wiehed biss u ma jkunx jista' jaghmel uzu divers minn dak li jkun beda jaghmel.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni