Reference: 6/2002/1

Judgement Details


Date
01/12/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
TABIB DR ALEXANDER CACHIA ZAMMIT vs CARUANA LAWRENCCE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, KOMPETENZA TAL-BORD DWAR IL-KONTROLL TAT-TIGDID TAL-KIRI TA` RABA` - LOKAZZJONI, KOMPETENZA TAL-QRATI ORDINARJI - DEFINIZZJONI TA` KERREJ TAHT IL-KAP. 199
Summary
Huwa pacifikament akkolt illi t-tribunal kompetenti biex jiddeciedi jekk id-detentur ta' fond ghandux titolu jew le huwa l-Qorti ordinarja;

Presuppost specifiku ghat-tehid ta' azzjoni quddiem it-tribunal specjali regolanti materji incidenti dwar kirjiet huwa dak li bejn il-partijiet in lite ikun gja jezisti rapport ta' lokatur u konduttur;

Fuq din l-ahhar affermata konsiderazzjoni ghandu opportunement jigi sottolinejat illi l-Bord de qua dwar il-Kontroll tal-Kiri tar-Raba, imwaqqafb' ligi specjali (Kapitolu 199) hu tribunal b' attribuzzjonijiet u funzjonijiet limitati f' gheluqit-terminu tal-kirja. In effetti huwa moghti mil-ligi li kkrejatu l-gurisdizzjoni:-

i. li jaghti l-approvazzjoni tieghu ghal tibdil fil-kondizzjonijiet tal-kirja [Artikolu 3];

ii. li jaghti permess lis-sid biex jiehu lura fil-pussess tieghu r-raba lokat (s' intendi dak mikri principalment ghal xi wiehed mill-iskopijiet indikati fid-definizzjoni tal-kelma "raba") ghal xi wahda mir-ragunijiet specifici dettaljati [Artikolu 4(2)];

iii. li, skond il-kaz, jiffissa l-kumpens xieraq ghal kull benefikat agrikolu meta s-sid ikun awtorizzat jiehu lura r-raba (Artikolu 4 (4), (5) u(6)];

Jitnissel minn dan illi minn imkien fil-Kapitolu 199 ma nsibu illi biex is-sid ma jakkweitax ruhu ghall-pretensjoni ta' l-okkupant jew utent tar-raba tieghu ta' xi titolu ta' inkwilinat minn dak vantat, jew biex jirrezisti tali pretiza u ma jissokombix ghaliha, jew biex jidiskonoxxi liltali pretendent, anke jekk kerrej bis-sahha tal-ligi komuni, huwa jehtieglu jadixxi lil Bord specjali ghal daqshekk biex dan minn naha tieghu jistabbilixxi jekk huwiex ukoll kerrej entro d-definizzjoni tal-ligi specjali;

Huwa veru li din it-tezi tinsab sostenuta minn certa gurisprudenza izdakif gja kellha okkazjoni tirrimarka din il-Qorti kif presjeduta din l-istess tezi mhix minnha kondiviza.

Dawk l-istess konsiderandi huma bazati fuq ir-ragunijiet logici-guridici li jsegwu:-

(1) Meta tkun rinfaccjata b' difiza ta' l-ezistenza tal-kirja l-Qorti ordinarja, fuq il-fatti processwali akkwiziti, ma ghandhiex tindaga l-materja mill-perspettiva ewlenija tal-ligi komuni tahtil-Kodici Civili u tikkontenta ruhha minn dak dispost fl-Artikolu 1572 tal-Kodici Civili illi l-kuntratt tal-kiri, ad eskluzjoni tar-rapport ta' mezzadrija, "ma jinhallx bil-mewt ta' sid il-kera jew tal-kerrej". Fil-hsieb ta' din il-Qorti, ukoll suffragata minn gurisprudenza anterjuri dik l-istessQorti ordinarja hi kompetenti li tezamina u tinvestiga l-punt tal-kwalifika ta' "kerrej" kif definita fil-ligi specjali.

(2) Jitqies ghal kollox spropozitu legali illi ghax Qorti ordinarja ssibli tezisti "kirja" fit-termini tal-ligi komuni l-kompetenza taghha tarresta ruhha hemm u hi zvestita gurisdizzjonalment milli tissokta tgharbel jekk il-konvenut huwiex ukoll il-kerrej li jippreciza l-Kapitolu 199. Din il-Qorti ma taqbilx illi interpretazzjoni tal-ligi specjali jista' jaghtiha bissit-tribunal specjali mwaqqaf taht dik il-ligi; is-setgha tal-qorti ta' gurisdizzjoni ordinarja tieqaf biss meta l-kwestjoni tkun dwar jekk sid il-kera jistax jibdel il-kondizzjonijiet tal-kiri jew jistax ma jgeddidx il-kiri favur 'kerrej' meta jintemm";

Incidentalment, dan ifisser li meta sid il-kera, ikun qed jippretendi li ghandu xi dritt illi jiehu lura l-pussess tar-raba fit-tmiem tal-perijodu korrenti ta' rilokazzjoni ghal xi wahda mir-ragunijet elenkati fil-Kapitolu 199, hu kellu jadixxi lill-Bord biex jigi hekk awtorizzat jaghmel u mhux lill-Qrati ordinarji. Dan s' intendi hu konfacjenti ma' wahda mill-funzjonijiet gurisdizzjonali tal-Bord, kif fuq gja manifest;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info