Reference: 104/2000/1

Judgement Details


Date
17/11/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
MULA RITA ARMLA TA' ANTHONY MULA vs ATTARD CARMEL SIVE CHARLES
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, META SID IL-KERA MA JHALLIX LILL-INKWILIN IGAWDI L-FOND MIKRI LILU - LOKAZZJONI, RIPREZA MINHABBA BZONN TAS-SID - KUNCETT TA` BZONN
Summary
L-ewwel rekwizit biex sid jitlob ripreza ta' fond, hu x' inhu, ghall-okkupazzjoni tieghu taht din id-disposizzjoni tal-ligi (Artikolu 9 tal-Kapitolu 69) huwa li hu 'requires' li jaghmel hekk." Issokta jinghad, imbaghad, illi "huwa car li l-kelma 'requires' tindika 'bzonn', mhux semplici xewqa jew preferenza. Il-piz tal-prova ta' dan il-bzonn hu fuq is-sid, li jehtieg juri mhux biss illi hu qieghed jagixxi in bwona fede, imma anki illi hu ghandu bzonn li jirriprendi l-pussess tal-fond. Certament mhux mehtieg li tigi pruvata 'necessita` assoluta' izda, ugwalment hu cert illi jehtieg jigi provat grad ragjonevoli ta' bzonn."

Ghal dak li jirrigwarda in-non uzu, jibda biex qabel xejn jigi osservat illi hi disposizzjoni espressa tal-ligi fil-Kapitolu 69 illi t-talba ghar-ripreza ghandhatigi milqugha jekk, inter alia, il-kerrej ikun naqas li josserva l-kondizzjonijiet tal-kirja jew kiser l-obbligazzjonijiet taghha. Anke hawn prova li twassal ghal dan hi nkombenti fuq is-sid li jkunqed jaghmel l-allegazzjoni;

Mhux kull nuqqas ghandu jwassal biex il-kerrej jigi sfurzat jitlaq il-pussess tal-fond imma jinhtieg li l-materja tigi analizzata fil-perspettiva logika u skond il-fattezzi partikolari tal-kaz. Dan qed jinghad ghaliex, kif saput, hu wkoll principju bosta drabi osservat mill-Qrati illi l-principju tan-non uzu, fejn jokkorri, mhux assolut u ma joperax awtomatikament izda f' kull kaz ghandhom jitqiesu c-cirkostanzi tieghu. Hekk per ezempju gie deciz li l-principju ma japplikax meta jkun hemm gustifikazzjoni xierqa fic-cirkostanzi specjali tal-kaz.

Biexjinghad kollox imbaghad din il-Qorti mhix lesta taccetta sitwazzjoni fejn sid, bl-atti stess tieghu, anke ta' nkejja, igib lill-kerrej tieghu f' qaghda li ma jkunx jista' pjenament igawdi l-fond mikri lilu biex imbaghad jippretendi minn fuq li l-inkwilin b' hekk kiser il-pattijiet lokatizji.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info