Referenza: 1175/2002

Dettalji tas-Sentenza


Data
04/11/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Partijiet
N. CALLEJA TRADING LIMITED vs GIORDMAINA PHILIP
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ECCEZZJONIJIET, INKOMPETENZA RATIONAE VALORIS - TALBA GHALL-HLAS TA` KAPITAL U IMGHAX - KOMPETENZA RATIONAE VALORIS - TALBA GHALL-HLAS TA` KAPITAL U IMGHAX
Fil-Qosor
L-artikoli 760 u 765 tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili jiddisponu s-segwenti:

760. (1) Fil-kawzi dwar kapitali u mghaxijiet, il-valur jigi determinat mis-somom tal-kapitali u ta' l-imghaxijiet flimkien.

(2) Jekk l-attur, mistoqsi mill-qorti jew mill-konvenut, ma jkunxirid ighid kemm ghadda zmien mill-ahhar darba li ha l-hlas ta' l-imghaxijiet, il-valur, ghal dawk li huma mghaxijiet, jigi determinat billi tinghadd is-somma taghhom miz-zmien tal-ftehim dwar dawk l-imghaxijiet.

765. Sabiex jigi determinat il-valur ta' l-oggett li fuqu jkun hemm il-kwistjoni, m'ghandu jittiehed ebda qies tal-frottijiet, taz-zjieda b'accessjoni, tad-danni jew ta' l-imghaxijiet, li jkun hemm matul il-kawza.

L-art. 765 juri bic-car illi huma biss imghaxijiet li jghaddu "matul il-kawza" li ma jitqisux ghall-ghanijiet ta' kompetenza; a contrario sensu, l-imghaxijiet li jkunu ghaddew sa ma tkun infethet il-kawza jitqiesu flimkien mal-kapital, kif ighid l-art. 760(1).

Dan jghodd kemm ghal imghaxijiet li jkun hemm ftehim dwarhom kif ukoll ghal imghaxijiet moratorji.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni