Reference: 17/2001/1

Judgement Details


Date
03/11/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BORG ANTHONY vs THAKE DAVID
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, ACCETTAZZJONI TA` KERA MHUX NECESSARJAMENT TIMPLIKA AKKWIEXXENZA JEW APPROVAZZJONI - LOKAZZJONI, NON USO - KONSIDERAZZJONIJIET LI JKUNU JRIDU JSIRU MILL-QORTI - LOKAZZJONI, NON USO - META L-INKWILIN JOHROG MILL-FOND LOKAT WAQT LI JKUNU QED ISIRU XI XOGHOLIJIET FIH - LOKAZZJONI, NON USO FIL-KAZ TA` HANUT - LOKAZZJONI, NON USO - RICEZZJONI TAL-KERA DA PARTI TAS-SID
Summary
Hu principju, ormai ben saldat, illi l-fatt li l-post mikri jinzamm maghluq propjament jikkostitwixxi vjolazzjoni ta' l-obbligu tal-kerrej tal-godiment bhala "bonus paterfamilias";

Ghall-kwezitkemm ghandu jkun twil iz-zmien biex jista' jinghad li l-fond lokat mhuwiex qed jintuza ghall-iskoptal-kiri, bil-konsegwenti intitolar fis-sid tar-ripreza lura tal-fond fit-termini ta' l-Artikolu 9 (a) tal-Kapitolu 69, jinsab inwiegeb illi "dak iz-zmien ma jistax evidentement jigi fissat b' mod generali a priori, ghax kollox jiddependi mic-cirkostanzi partikolari tal-kaz.";

In linea ta' principju jidher allura li t-tul ta' zmien hu valutabbli skond ic-cirkostanzi tal-kaz. Hekk per ezempju ma jikkostitwix ksur ta' l-obbligazzjonijiet tal-kiri meta jkun hemm gustifikazzjoni xierqa u ragjonevoli fic-cirkostanzi partikolari.

Huwa veru li certu zmien ghall-gheluq ta' hanut kien ikun tollerat kieku verament si trattava ta' htiega ta' abbelliment u innovazzjoni tal-fond izda, konsiderat f' dan il-kaz it-trapass ta' tant zmien (sentejn u nofs), in-nuqqas serju ta' refurbishment ul-stat zdingat tal-fond, kombaccjat man-nuqqas ta' ppjanar adegwat u minn qabel tax-xorta ta' generu li l-kerrej kien intenzjonat jibda jiggestixxi, fil-kumpless taghhom dawn l-aspetti ma jimmilitawxfavur dik il-gustifikazzjoni mqeghda ghal bazi tal-principju aktar il-fuq espress;

Certamentil-fatt li s-sid issaporta certu zmien qabel ma ntavola l-kawza ma jgibx, b' implikazzjoni, li saret xi rinunzja tacita ghad-dritt moghti bil-ligi fid-dispost ta' l-Artikolu 9(a), Kapitolu 69. Lanqas, "il-fatt li l-lokatur baqa' jircievi l-kera ma jaghmel ebda differenza ghax bit-tul taz-zmien l-inosservanza tal-kerrej taggrava ruhha dejjem izjed".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info