Reference: 115/1984/2

Judgement Details


Date
29/10/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
GRECH JOSEPH vs ELLIS DOLORES PRO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SERVITU`, DISTANZA LEGALI - TWIEQI - SERVITU`, MERA TOLLERANZA - SERVITU`, TIEQA F`HAJT DIVIZORJU - KIF TIGI AKKWISTATA - SERVITU`, TIEQA F`HAJT DIVIZORJU - TOLLERANZA GHAL ZMIEN TWIL
Summary
L-Artikolu 443 (Kap. 16) tant hu car, in kwantu jistabilixxi distanzi legali facilment accertabbli,li ma jaghtix lok, u m'ghandux bzonn, ta' ebda ezercizzju ta' interpretazzjoni biex wiehed isib x'kienet l-intenzjoni tal-legislatur.

L-intenzjoni tal-legislatur hija cara bizzejjed. Meta l-legislatur impona certi distanzi minimi legali li ghandhom jigu rispettati f'aperturi li jkunu vicin hafna l-hajt divizorju, huwa ried jillimita f'certa mizura d-dritt assolut tal-proprjeta`, fl-interess reciproku taz-zewg proprjetarji tal-fondi kontigwi. Billi din il-limitazzjoni tigi imposta fil-konfront ta' fond a vantagg ta' fond kontigwu, kien proprju ghalhekk li l-legislatur ipoggi d-disposizzjoni tal-ligi relativa fit-Titolu IV tat-Tieni Ktieb tal-Kodici Civili, ezattament fis-SubartikoluI li jitkellem fuq is-servitujiet mahluqa mil-ligi.

l-Artikolu 443 tal-Kap. 16 - u bhalu hemmohrajn - jistabilixxi regoli fissi u certi proprju bl-iskop li kulhadd ikun jaf xi drittijiet u obbligi ghandu. Dan hu hekk fl-interess suprem ta' l-ordni pubbliku. Fi kliem iehor, il-gar ma ghandux ghalfejn joqghod igib il-prova li qed isofri pregudizzju jekk id-distanza legali tal-bini ta' twieqi ma tinzammx mill-proprjetarju tal-fond attigwu. Diversament, wiehed mhux biss imur kontra l-kelma cara u esplicita tal-ligi - haga prekluza mill-ermenewtika legali - imma jkun qed jikkreja jew jinvita sitwazzjoni ferm incerta u instabbli, a detriment tal-principju tac-certezza tad-dritt. Jekkregoli cari u fissi imposti bil-ligi jigu assoggettati ghal interpretazzjoni soggettiva dwar l-ezistenza o meno ta' pregudizzju ghall-individwu privat, allura ezercizzju simili facilment jista' jwassal biex kollox isir relattiv u soggett ghal interpretazzjoni soggettiva - li hu binajru perikoluz lima ghandux jigi segwit.

Hemm gurisprudenza fis-sens li jekk bniedem ikun jaf bi stat ta' fatt li jintitolah jezercita dritt u jhalli dak l-istat ta' fatt jipprogredixxi minghajr ma jagixxi ghad-dritt tieghu allura t-titolari tad-dritt jista' jitqies, fic-cirkostanzi kongruwi, li irrinunzjaghal prosegwiment ta' dak id-dritt.

L-ewwel Qorti kienet ikkonkludiet li l-attur kien irrinunzja ghad-dritt li tinzamm id-distanza regolamentari billi kien ma ha ebda pass sabiex jirrimedja s-sitwazzjoni li kienet inholqot ghal madwar 25 sena.

Il-Qorti ta' l-Appell izda sostniet fl-istess waqt wiehed ma jistax jinsa' lanqas il-punt li l-ligi stess tikkontempla terminu ta' tletin (30) sena biex wiehed jezercita tali dritt. Huwa minnu wkoll li nghataw decizjonijiet li hadu in konsiderazzjoni l-element ta' l-utilita` privata ta' certi servitujiet bhal dak ta' distanzi legali f'kazta' aperturi. Imma anke hawn wiehed irid jirrikoncilja l-agir ta' l-individwu ma' regoli cari u fissi moghtija espressament mil-ligi stess - proprju biex ma jinqalghux kwistjonijiet dwar interpretazzjoni kif gia` nghad supra. Wiehed irid jipprocedi b'massima kawtela qabel ma jikkonkludi li persuna iddekadiet inezorabilment mid-drittijiet taghha qua proprjetarja.

Ir-rinunzji huma di stretto diritto u ghandhom jirrizultaw minn fatti assolutament inkonciljabbli ma' konservazzjoni tad-dritt u li juru l-volonta` preciza ta' rinunzja. Kwindi ma jistax jigi konkluz illi jkun hemm rinunzjatacita jekk mill-provi ma jkunx hemm indizji cari u assoluti li l-volonta` tal-persuna jew persuni tbiddlet. Ghandu jsegwi minn dan kollu li jekk l-indizji u l-fatti jhallu dubju dwar il-volonta` tal-persuna, dan ghandu jittiehed kontra l-ezistenza tar-rinunzja.

Bil-fatt wahdu li l-attur maagixxiex prontament u halla hafna zmien jghaddi qabel ma ha azzjoni, jista' jinghad li beda jinsorgid-dubju dwar kemm l-attur ried jagixxi kontra l-gar li bena mhux skond il-ligi - izda min-naha l-ohra, l-attur kien il-hin kollu konfortat mill-fatt li bil-ligi huwa kien ghadu fit-terminu legali biex jagixxi - u fil-fatt hekk gara. L-aktar li seta' jinghad hu li l-attur addotta stat ta' fatt ambivalenti imma zgur li b'daqstant ma pprovdiex ic-certezza li huwa kien definittivament irrinunzja ghad-drittijiet tieghu. Meta l-konvenuti bnew mhux skond il-ligi huma hadu riskju li ghal tletin senasetghu jigu mgeghla li jirrimwovu l-binja illegali. Darba li ghazlu li jinkorru f'tali riskju, humama jistghux idawru dak li kien ab initio kontra l-ligi, fi stat ta' legalita` ghas-semplici ragunili d-danneggjat ha z-zmien tieghu - pero` fil-parametri tal-ligi - biex jagixxi kontra taghhom. Anzi l-konvenuti ippretendew addirittura li l-aperturi de quo huma fid-distanza li trid il-ligi - ara r-raba' eccezzjoni fin-nota ta' l-eccezzjonijiet (a fol. 5 tal-process) - pretensjoni din li tattakkadirettament it-titlu ta' l-attur qua proprjetarju.

Illi l-Artikolu 443 tal-Kodici Civili jimponi obbligu fuq sidien ta' fondi li ma jifthux twieqi f'boghod ta' anqas minn sitta u sebghin centimetru u cioe` zewg piedi u nofs mill-hajt divizorju. Dan l-obbligu jaghti dritt lill-vicin, li ma jhallix li twieqi jkunu aktar vicini lejn il-proprjeta` tieghu minn dak stabbilit. Ghalhekk din hijaservitu` u bhala tali dan id-dritt u konsegwenti obbligu jinsab taht it-Titolu IV tal-Kap. 16 li jitkellem dwar is-servitujiet. Billi servitu` huwa dritt reali dawn ma jistghux jigu ikkostitwiti jewmitlufa jekk mhux kif stabbilit mill-istess ligi, cioe` kuntratt, moghdija taz-zmien jew per destinazione di padre di famiglia. L-akkwixxenza jew sahansitra l-kunsens espress ta' parti, kemm-il darba dak il-kunsens ma jigix espress f'att pubbliku, ma jistghu qatt itellfu d-dritt tal-konvenut li jitlob li l-loggia titqieghed f'distanza mehtiega mil-ligi.

Illi din il-Qorti taqbel li tista'ssir eccezzjoni ghad-distanza msemmija fl-Artikolu 443, fis-sens li din id-distanza tikkostitwixxi servitu` legali ghall-utilita` privata u bhala tali d-distanza msemmija fiha tista' tigi immodifikatajew rinunzjata minn min ghandu interess. Pero` din il-Qorti tikkondividi dak li irriteniet l-ewwelOnorabbli Qorti li biex tali modifika jew rinunzja tkun verament effettiva, hemm bzonn li din il-volonta` tirrizulta minn att pubbliku billi si tratta ta' dritt reali.

Att ta' tolleranza fl-interess tal-bon vicinat ma jammonta qatt ghal rinunzja ta' dritt.

Il-kriterji biex wiehed jiddeciedi jekk hux il-kaz jew le ta' tolleranza, li x'aktarx hija tacita, u anzi prezunta, ghandhom jigu dezunti.mir-rapporti ta' familjarita`, ta' hbiberija, ta' buon vicinat, minn dak li komunemenet huuzat li jsir f'pajjiz. u mill-entita` ta' l-aggravju -
ftit jew ljevi - li l-att jarreka lil minjittollerah, izda l-presunzjoni tat-tolleranza tkun inverosimili f'kaz ta' attijiet importanti u gravi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info