Reference: 739/2000/1

Judgement Details


Date
29/10/2004
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., DEPASQUALE ANTON
Parties
ARCIDIACONO LIMITED vs AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ARTIKOLU 814 TAL-KAP. 12 TAL-LIGIJIET TA` MALTA - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, RIKUZA TA` IMHALLEF - RITRATTAZZJONI, RIKUZA TA` MHALLEF LI JKUN SEMA` L-KAWZA RITRATTATA
Summary
Meta ritrattazzjoni tintalab a bazi tal-paragrafu (e) tal-Artikolu 811, u meta parti - normalment ir-ritrattand - jirrikuza skond il-ligi lill-Imhallef jew Imhallfin li jkunu taw is-sentenza li tkun qed tigi attakkata, dak l-Imhallef jew dawk l-Imhallfin bhala regola generali ma jistghux jipprocedubiex jezaminaw jekk il-bazi tar-ritrattazzjoni tkunx verament prima facie ibbazata fuq l-imsemmi paragrafu minghajr ma jigi lez l-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni. Dan qed jinghad ghax, indipendentementmill-fondatezza o meno, prima facie jew mhux prima facie, tat-talba ghar-ritrattazzjoni, bil-fatt lidak l-Imhallef jew dawk l-Imhallfin jghaddu biex jezaminaw "il-bazi tar-ritrattazzjoni" ikunu effettivament qed jezaminaw l-operat taghhom stess fir-rigward tas-sentenza li tkun qed tigi attakkata. Dan neccessarjament jista' inissel dubbju fondat, ossia legittimu w oggettivament gustifikabbli, f'mohh il-partijiet pero` forsi l-aktar f'mohh il-parti li tkun tat l-eccezzjoni tar-rikuza, dwar l-imparzjalita` oggettiva ta' l-istess Imhallef jew Imhallfin.

Madanakollu, l-Artikolu 814 tal-Kap.12 fih innifsu u anke meta abbinat ma' l-Artikolu 811(e) ma huwa b'ebda mod antikostituzzjonali jewjilledi xi dritt fondamentali, u dan ghas-semplici raguni li l-istess Imhallef jew Imhallfin li ddecidew is-sentenza attakkata jistghu validament joqoghdu biex jisimghu r-ritrattazzjoni fil-kaz kontemplat fl-Art. 735(2) tal-Kap.12.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info