Referenza: 1416/1996/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
29/10/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CUSCHIERI NOEL
Partijiet
VASSALLO GRANT JEANNE vs JOERO LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ARJA, ZVILUPP TA` - LOKAZZJONI, ARJA TAL-FOND MIKRI GHANDHA TIGI ESKLUZA SPECIFIKAMENT SABIEX MA TIFFORMAX PARTI MILL-KIRJA
Fil-Qosor
Fin-nuqqas ta' ftehim specjali, fil-kuntratt tal-kirja, il-lokatur ghandu l-obbligu li jaghti lill-kerrej il-godiment mhux biss ta' l-immobbli oggett tal-kirja, imma wkoll tal-partijiet accessorji tieghu; u ghaldaqstant il-kiri tal-fond jikkomprendi l-kiri tal-bejt ta' dak il-fond, jekk dak il-bejtma jkunx gie eskluz fi ftehim espress fil-kirja; u mhux argument tajjeb favur din l-eskluzjoni l-fatt li l-bejt mhux accessibbli b'[ tarag regolari jew li hemm nuqqas ta' opramorta.

F'din il-kawza l-konvenuta zviluppat arja ta' blokk ta' appartamenti. Il-Qorti qieset li l-attrici inkwilina ta' appartament fl-istess blokk kellha dritt ta' lokazzjoni fuq parti mill-bejt u fuq kamra fuq l-istess bejt. Il-Qorti qieset li minkejja l-izvilupp rizultanti fid-distruzzjoni tal-kamra l-inkwilina kellha l-istess jeddijiet fuq il-bejt il-gdid u kamra gdida mibnija mill-konvenuta.

Il-fatt lil-bejt u l-karma issa kienu fuq livell aktar gholi ma giex meqjus bhala zvantagg billi dan gie kompensat bl-istallazzjoni ta' lift.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni